F’indirizz li qed jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament għall-Budget li ressaq il-Gvern għas-sena d-dieħla, huwa kritika bl-aħrax il-miżura tal-għoti mill-ġdid tal-vouchers tal-€100 li taw injezzjoni ekonomika billi salvaw l-impjiegi u kien ta’ spalla għan-negozji fi żmien ta’ sfidi globali kawża tal-pandemija.
Skont Bernard Grech, il-Gvern qabbel il-vouchers ma’ pala biex biha nerġgħu noħorġu l-ilma minn ġod-dgħajsa.
Quddiem miżuri soċjali, bħaż-żieda fil-pensjonijiet, fiċ-children’s allowance u ġurnata oħra leave lill-ħaddiema kollha, Bernard Grech qal li dan huwa budget tal-copy & paste.
Qal li dan huwa budget virtwali u saħaq li l-ekonomija tal-Gvern, li esperjenzat tkabbir bla preċedent fl-aħħar snin, inbniet bi steroids ekonomiċi.
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd