Home Kullħadd Proġett ta’ rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu

Proġett ta’ rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu

18
0
SHARE
Advertisement

Bħala parti mill-investiment ta’ €700,000 sar rinovar fuq il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Dan huwa wieħed minn tliet investimenti li saru u jinkludu wkoll il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Fost oħrajn sar xogħol ta’ restawr tal-koppla fuq barra, tindif u trattament, xogħlijiet ta’ tiswija u kisi kif ukoll sistema ta’ waterproofing.

Saret ukoll sistema ġdida ta’ dawl b’139 bozza LED iddisinjati speċifikament għall-koppla u s-saqaf ta’ din il-knisja.

Il-Pirjol tenna l apprezzament tieghu ghal dan l-investiment li jigbed l-attenzjoni mhux biss tal Maltin u l Għawdxin imma anke tat-turisti.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett attenda l-Ministru tal-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fejn qal li dan l-investiment mhux biss investiment għal skop ta’ tisbieħ biss imma investiment fil-wirt arkittetoniku u fil-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Dan filwaqt li huwa investiment fil-Belt kapitali tagħna li minnu ser tgawdi l-komunità Beltija kif ukoll dawk kollha li jżuru dawn il-knejjes tant sbieħ fiċ-ċentru ta’ Malta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here