Home Kullħadd Is-sussidju tal-kera se jibqa’ jingħata lill-istudenti Għawdxin

Is-sussidju tal-kera se jibqa’ jingħata lill-istudenti Għawdxin

15
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ madwar miljun u tliet mitt elf ewro, disa’ mija u tlieta u tletin student Għawdxi bbenfikaw mill-iskema ta’ sussidju għall-kera fis-sena skolastika 2019-2020.

Qal dan il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, li ma’ dan l-istazzjon spjega li minkejja li diversi studenti qed jagħmlu l-lezzjonijiet online minn Għawdex stess minħabba l-imxija, is-sussidju tal-kera se jibqa’ jingħata xorta.

Il-Ministru Camilleri stqarr, “Il-Ministeru għal Għawdex ser jibqa jgħin b’mid finanzjarju lill-istudenti li jiffrekwentaw xi istituzzjoni edukattiva ġewwa l-gżira ta’ Malta anke għajnuna finanzjarja sabiex ittaffi mill-ispejjeż tal-kera u spejjeż oħrajn.”

Il-Ministru għal Għawdex semma kif bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq Villa Lauri f’Birkirkara li mistennija tiftaħ u tilqa’ l-ewwel studenti Għawdxin mis-sena skolastika li jmiss.

Iżda aktar minn hekk għaddejja ħidma biex jiġu identifikati aktar postijiet ta’ akkomadazzjoni għall-istudenti Għawdxin li jħallu darhom biex jistudjaw f’Malta.

Il-Ministru Camilleri qal, “Qed naraw venues oħrajn kif nistgħu wkoll noffru akkomodazzjoni affordabbli wkoll fuq skala aktar kbira. Għaldaqstant se nkomplu ngħinu lill-istess studenti kemm b’għajnuna finanzjarja kif ukoll aktar ‘l quddiem li noffru wkoll akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin li jgħixu propju ġewwa Malta sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-iskola tagħhom.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here