Home Kullħadd Robert Abela fdat kważi 29% iżjed minn Bernard Grech – stħarriġ ta’...

Robert Abela fdat kważi 29% iżjed minn Bernard Grech – stħarriġ ta’ Marmara fit-Torċa

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat kważi 29% iżjed mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.

Dan ħareġ minn stħarriġ li wettaq l-istatistiku rinomat Vincent Marmara u li ġie ppubblikat fil-gazzetta t-Torċa.

Robert Abela jgawdi l-fiduċja ta’ 52.9% filwaqt li Bernard Grech igawdi l-fiduċja ta’ 24.1%, li jfisser distakk ta’ 28.8%.

L-istħarriġ juri fiduċja b’saħħitha fil-Prim Ministru u mexxej Laburista minn votanti Laburisti.

Fil-fatt, meta f’dan is-sondaġġ ġew mistoqsija lil min jafdaw bħala mexxej, 87.6% ta’ dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lil Partit Laburista, wieġbu li jafdaw lil Robert Abela.

Kienu biss 2.3% ta’ dawn il-votanti li wieġbu li jafdaw f’Bernard Grech.

Min-naħa l-oħra, dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lil Partit Nazzjonalista, 64.4% wieġbu li jafdaw f’Bernard Grech u 6.7% wieġbu li jafdaw f’Robert Abela.

Kien hemm 11.1% tal-votanti Nazzjonalisti li wieġbu li jafdaw f’ħaddieħor.

Skont dan is-sondaġġ li sar ftit tal-jiem ilu, li kieku kellha ssir elezzjoni għada, il-Partit Laburista jikseb 55.7% tal-voti mixħuta filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jikseb 42.2% tal-voti.

Dan ifisser distakk ta’ 13.5% bejn iż-żewġ partiti li jirrifleti f’distakk ta’ madwar 40,000 vot.

Dan huwa riżultat simili ħafna għall-elezzjoni ġenerali li saret fl-2017.

Skont dan l-istħarriġ ta’ Marmara, saħansitra l-Partit Laburista żid l-appoġġ tiegħu b’0.7% fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas l-appoġġ b’1.5% fuq l-aħħar elezzjoni ġenerali.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here