Home Kullħadd Il-Budget li se jitressaq għada se jagħti lin-nies it-tripplu li kien jingħata...

Il-Budget li se jitressaq għada se jagħti lin-nies it-tripplu li kien jingħata qabel – il-PM

5
0
SHARE
Advertisement

F’intervista man-nies fil-belt is-siekta tal-Imdina, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-budget li se jitħabbar għada, in-nies se jirċievu it-tripplu ta’ dak li kienu jirċievu qabel.

Fejn qabel, f’miżuri soċjali, il-Gvern kien jagħti mal-35 miljun ewro, bil-budget li se jressaq il-Gvern għada, fil-but tan-nies se jidħlu 100 miljun ewro.

Robert Abela qal li il-budget b’ruħ soċjali se jkun wieħed tajjeb li, li mhux iffukat biss biex jilqa’ għall-pandemija iżda se jkun ibbażat għal pjan kruċjali ta’ Malta għal għaxar snin li ġejjin. Żied jgħid li minn qtiegħ il-qalb dan se jwassal għal serħan il-moħħ u tama.

Fuq il-pandemija l-Prim Ministru qal li dan huwa l-mument biex niġbdu ħabel wieħed u naraw li lil-Malta u Għawdex noħorġuhom minn dan il-mument b’suċċess.

Qal li dan il-Gvern huwa ffukat li jżżom bilanċ bejn l-ekonomija (fosthom ħaddiema u negozji) u fl-istess waqt li żżomm is-saħħa tan-nies ippreservata b’mod tajjeb.

Il-PM qal li ħadd mhu perfett u semma kif il-mexxejja l-oħrajn ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea għandhom l-istess sentiment u li jridu jżommu dan il-bilanċ importanti.

Abela qal li pajjiżna kellu suċċess fil-kontroll tal-pandemija u li se jkollna ċertifikat tajjeb ħafna ta’ kif mexa pajjiżna f’dan iż-żmien. F’dan iż-żmien u b’differenza minn pajjiż oħra pajjiżna kellu wkoll suċċess fil-qgħad hekk kif ħaddieħor ra il-qgħad tiela, Malta rat il-qgħad nieżel.

Robert Abela qal li dan huwa Gvern li emmen ħafna f’Għawdex u se jkompli jaħdem sabiex jibqa’ jagħti opportunitajiet liż-żgħażagħ u negozji Għawdxin biex jimirħu.

Huwa tenna li Għawdex qiegħed f’fuq nett tal-prijorità ta’ Gvern Laburista.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here