Home Kullħadd Tibda riġenerazzjoni f’Wied il-Għasel

Tibda riġenerazzjoni f’Wied il-Għasel

7
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ tliet miljun u tliet mitt elf ewro se tibda r-riġenerazzjoni f’Wied il-Għasel f’Burmarrad.

B’hekk se jibda jinġabar u jinħażen l-ilma f’dan il-wied biex imbagħad ikun jista’ jintuża mill-bdiewa li għandhom ir-raba’ fil-madwar.

L-ewwel xogħol li sar kien ir-restawr tal-ilqugħ tal-ilma u nbeda x-xogħol biex jitneħħew madwar xi materjal li nġema’ fil-wied tul is-snin. Sadattant inbeda x-xogħol ukoll biex jinbnew sitt ilqugħijiet ta’ ilma.

Il-Ministru għat-Turiżmi Julia Farrugia Portelli qalet kif dan il-proġett minn Parks Malta se jsolvi wkoll mill-problema tal-għargħar li kien hemm f’dawn l-inħawi.

Hija qalet: “Qed naraw it-tieni l-akbar wied f’Malta li qed jiġi rijabilitat wara għexieren ta’ snin jitħalla mitluq, l-għan prinċipali huwa li aħna nirrijbailitaw dan il-wied imma wkoll insolvu partijiet mill-problema tal-għarar illi qed taffetwa tul is-snin il-bdiewa t’hawnekk.”

Bħalissa Għaddej ukoll ir-restawr tal-ħitan tal-ġnub tal-wied, ir-restawr ta’ ħitan tas-sejjiegħ u t-tneħħija ta’ siġar u pjanti invażivi. B’riżultat ta’ dan se jkun qed jinħoloq spazju biex jitħawlu aktar minn tmien mitt siġra indiġina u ftit inqas minn tlett elef arbuxell. Xogħol li se jkun jinkludi wkoll l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni.

Il-Ministru għall-Infrasturttura Ian Borg spjega kif għal diversi snin xi bdiewa lanqas biss kellhom aċċess adegwat għall-għelieqi tagħhom.

Huwa stqarr: “Din l-infrastruttura ser tkun qed tgħin lil min veru jaħdem ir-raba’ u min veru jkun hawnekk u forsi għal ħafna snin stenna li jkun hawn dan l-intervent biex ikun jista’ jidħol ġol-għelieqi tiegħu u jgawdi mill-ilma.”

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi spjega li żewġ miljuni minn dan il-proġett huwa kofinanzjati minn fondi Ewropej u spjega kif dan se jilħaq diversi miri ambjentali.

Huwa sostna: “Inħarsu ‘l quddiem biex investimenti bħal dawn jkomplu jsiru ħalli nsebbħu l-widien tagħna u nagħtu l-ħarsien meħtieġ iżda nilħqu wkoll miri ekoloġiċi importanti.”

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll is-Sindku tal-Mosta Romilda Zarb.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here