Home Kullħadd Miriam Dalli u Clyde Caruana ser jiġu co-opted għal Deputati Parlamentari

Miriam Dalli u Clyde Caruana ser jiġu co-opted għal Deputati Parlamentari

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Laburista fi stqarrija ħabbar li Miriam Dalli u Clyde Caruana se jkunu qed jirrappreżentaw lill-istess Partit fil-Parlament bħala Membri Parlamentari.

Il-Partit Laburista sostna li kien il-Prim Ministru nnifsu li llum laqqa’ kemm lill-Grupp Parlamentari, kif ukoll lill-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, biex jiġu diskussi l-co-options ta’ Dalli u Caruana li ġew approvati unanimament wara li skatta mekkaniżmu għall-co-option biex jimtlew iż-żewġ siġġijiet vakanti fil-Parlament

Dr Miriam Dalli hija l-Viċi President tal-S&D. Il-magazine influwenti Politico sejħilha ‘doer’ u hi l-unika MPE mniżżla fil-Class of 2019 ta’ Politico. Hija ngħatat it-titli tal-Membru Parlamentari Ewropew tas-Sena fl-oqsma tal-enerġija u s-saħħa. VoteWatch Europe jikklasifikaha kemm-il darba bħala waħda mill-aktar politiċi influwenti fl-Ewropa.

Miriam, avukat, iffukat il-ħidma tagħha fuq il-ħolqien tax-xogħol, l-ambjent u l-enerġija, is-saħħa fiżika u mentali, l-immigrazzjoni, il-green economy u blue economy, fost oħrajn.

Clyde Caruana serva bħala Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-aħħar xhur. Caruana huwa gradwat fl-ekonomija u lettur fl-Universita’ ta’ Malta. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Chariman Eżekuttiv ta’ Jobsplus qabel din il-ħatra. Caruana kien ukoll arkitett fis-sistema tac-childcare centres b’xejn li ġiet introdotta f’pajjiżna fl-2014.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here