Home Kullħadd Madwar 300 liċenzja ġdida mal-MTA fl-aħħar 4 xhur

Madwar 300 liċenzja ġdida mal-MTA fl-aħħar 4 xhur

4
0
SHARE
Advertisement

Fl-aħħar 4 xhur l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu liċenzjat madwar 300 operatur ġdid fil-qasam turistiku.  Dan ħabbritu l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli li stqarret kif dan ikompli juri l-fiduċja kbira li għad hemm fis-settur, anke fi żmien fejn l-pandemija ħolqot diffikultajiet kbar mad-dinja kollha.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet: “Kellna tliet mitt liċenzja ġdida f’dawn l-aħħar erba’ xhur u hemmhekk turi li hemm kunfidenza mis-settur li qegħdin naħdmu fih, fit-turiżmu, kif ukoll servizzi oħra anċillari.”

Il-liċenzji l-ġodda jvarjaw minn ristoranti u bars għal lukandi, guest houses u akkomodazzjoni kollettiva oħra, kif ukoll operaturi turistiċi u oħrajn organizzativi bħal dawk tal-avvenimenti, kif ukoll dawk tal-għadis.

Saret ukoll konsultazzjoni ma’ numru ta’ stakeholders u partijiet interessati fis-settur bi preparazzjoni għall-Budget għas-sena d-dieħla.

Il-Ministru Farrugia Portelli sostniet: “Dan huwa Gvern illi sena wara l-oħra l-budget isejsu fuq is-sentiment mhux biss tal-pubbliku inġenerali imma l-ħtiġijiet tal-industrija, il-ħaddiema u ta’ min iħaddem. Kunfidenti li l-budget ta’ nhar it-Tnejn illi ġej, l-industrija ser tilqgħu wkoll b’mod pożittiv.”

Il-Ministru stqarret li l-Gvern jinsab ippreparat li jsaħħaħ u jsostni s-settur turistiku f’pajjiżna u l-impjiegi li jġorr miegħu.

Dan permezz ta’ strateġija fit-tul imsejsa fuq is-sostennibbiltà.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here