Home Kullħadd Madwar 2,500 familja jibbenefikaw minn rati ogħla ta’ In-Work Benefit fl-2020 sa...

Madwar 2,500 familja jibbenefikaw minn rati ogħla ta’ In-Work Benefit fl-2020 sa issa

6
0
SHARE
Advertisement

Din is-sena madwar 2,500 familja qed jibbenefikaw minn rati ogħla tal-benefiċċju tal-in-work benefit.

Dawn ir-rati ogħla kienu ddaħħlu fil-Mini Budget ta’ Ġunju li għadda bħala parti mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika tal-Gvern fid-dawl tal-pandemija.

L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €550 għal kull wild għal €630. B’hekk ir-rati żdiedu bi €80 fis-sena.

Fil-fatt ir-rekwiżit sabiex koppja li t-tnejn li huma jaħdmu jibbenefikaw mill-in-work benefit żdied, biex fejn qabel koppja riedet tkun taqla’ inqas minn €24,812 biex tibbenefika, issa trid tkun taqla’ inqas minn €26,000 fis-sena.

Għal min għandu dħul sa €18,111, ir-rati żdiedu b’€100. Għal min għandu dħul minn €18,112 sa €22,811, ir-rati raw żieda ta €50. Dan filwaqt li min għandu dħul minn €22,812 sa €26,000, l-in-work benefit ra żieda ta’ €30.

Għal koppja fejn persuna waħda tkun taħdem ir-rekwiżit ta’ dħul massimu żdied minn €17,813 għal €22,000 fis-sena.

L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400. B’hekk ir-rati żdiedu bi €50 fis-sena.

Għal persuna waħedha ir-rekwiżit ta’ dħul massimu żdied minn minn €17,312 għal €18,200 fis-sena. L-ogħla rata applikabbli żdiedet minn €1,350 għal kull wild għal €1,400. B’hekk ir-rati żdiedu b’€50 fis-sena.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù spjega kif din iż-żieda qed igawdu minnha koppji li t-tnejn jaħdmu u għandhom wild, single parents u koppji fejn wieħed biss mill-ġenituri jaħdem. Stqarr li biex persuna tibbenefika mill-in-work benefit m’hemmx għalfejn tkun tibbenefika mill-benefiċċji soċjali.

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon stqarr kif din iż-żieda fl-in-work benefit tkompli turi kemm dan il-Gvern kien ukoll mal-familji Maltin u Għawdxin tul din il-pandemija. Dan filwaqt li l-budget għas-sena d-dieħla li ser jitħabbar nhar it-Tnejn ukoll ser ikompli joffri l-għajnuna neċessarja lill-familji.

S’issa diġà tħallsu ‘l fuq minn żewġ miljun u ħames mitt elf ewro f’benefiċċji għal din is-sena.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here