Il-President Franċiż, Emmanuel Macron sejjaħ il-qtil ta’ għalliem li seħħ ilbieraħ f’Pariġi bħala attakk terroristiku Iżlamiku.
Qed jingħad illi l-għalliem li nqatel, wera xi karikaturi tal-Profeta Muhammad lill-istudenti tiegħu. Il-President Franċiż qal li l-għalliem inqatel għax għallem il-libertà tal-espressjoni.
B’referenza għat-terroristi, Macron sostna li huma mhumiex se jirbħu u li Franza se tkompli taġixxi kontra dawn l-attakki.
L-aggressur, li qata’ ras l-għalliem u li huwa mifhum li huwa missier student tal-għalliem, inqatel b’tiri mill-pulizija waqt li pprovat tarrestah wara li attakka lill-għalliem.
Bħalissa f’Pariġi għaddej ġuri dwar l-attakk Iżlamiku li sar fl-2015 fl-uffiċini tar-revista satirika Franċiża, Charlie Hebdo, liema attakk sar wara li r-rivista ppubblikat stampa tal-Profeta Muhammad.
Ara wkoll:
L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd