Home Kullħadd Arrestati wara li għamlu ħsara fuq statwa reliġjuża

Arrestati wara li għamlu ħsara fuq statwa reliġjuża

3
0
SHARE
Advertisement

Tliet żgħażagħ ġew arrestati b’rabta ma’ ħsara li saret fuq statwa reliġjuża, li hija wkoll protetta bl-att dwar il-patrimonju kulturali, fil-Park tal-Familja ta’ Wied il-Għajn.

Fi stqarrija l-Korp tal-Pulizija spjega li wara jiem ta’ investigazzjonijiet mit-Taqsima tal-Patrimonju Kulturali fi ħdan l-Iskwadra tarReati Maġġuri, il-Pulizija identifikat Franċiż ta’ 19-il sena, Ingliż ta’ 18-il sena u  Maltija ta’ 17-il sena, li allegatament wettqu dan ir-reat.

It-tfajla ġiet arrestata l-Ġimgħa filgħaxija, waqt li ż-żewġ ġuvnitur ġew arrestati s-Sibt waranofsinhar. Il-każ seħħ fis-6 ta’ Ottubru li għadda,

Jidher li l-istatwa li tinsab fuq iz-zuntier tal-kappella ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova, tqaċċtulha ras Sant’Antnin u ras u idejn l-istatwa tal-bambin.

Il-Pulizija irnexxielha ssib ir-ras tal-istatwa ta’ Sant’Antnin fid-dar fejn jgħixu ż-żewġ ġuvintur. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here