Home Kullħadd AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fi Triq Aldo...

AĠĠORNAT: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fi Triq Aldo Moro l-Marsa

4
0
SHARE
Advertisement

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara ntlaqat minn karozza tal-għamla Citroen Berlingo li kienet qed tinstaq minn Taljan ta’ 29 sena.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15 ta’ dalgħodu fi Triq Aldo Moro l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura meħtieġa.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here