Home Kullħadd 84 ġlud tal-għasafar jinsabu f’pakkett li kien se jiġi jinbagħat bil-posta

84 ġlud tal-għasafar jinsabu f’pakkett li kien se jiġi jinbagħat bil-posta

4
0
SHARE
Advertisement

Ix-xamma ta’ Stan il-kelb tad-Dwana waslet għal sejba ta’ 84 ġlud tal-għasafar. Dawn instabu waqt tfittxija ta’ rutina li ssir minn uffiċjali tad-Dwana fit-taqsima tat-tqassim tal-pakketti u l-ittri fil-posta.

Fi stqarrija d-Dwana Maltija spjegat li waqt dawn it-tfittxijiet, il-kelb wera interess partikolari f’pakkett, fejn eventwalment instab li fih kien hemm il-ġlud biex jiġu trasferiti fis-sistema tal-posta.

Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, ġew infurmati b’din is-sejba, u l-ġlud qed jinżammu mid-Dwana hekk kif għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here