Home One News Il-Prim Ministru jappella għall-appoġġ dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni f’laqgħa mal-Kap tal-PN

Il-Prim Ministru jappella għall-appoġġ dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni f’laqgħa mal-Kap tal-PN

28
0
SHARE
Advertisement

It-Tlieta wara nofsinhar il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech  fil-binja tal-Parlament fuq stedina tal-Prim Ministru.

Bernard Grech beda l-laqgħa b’ton negattiv u semma biss affarijiet negattivi u mhux dawk pożittivi li jistgħu jissarfu għal ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

F’kummenti li ta’ l-Prim Ministru lill-ġurnalisti preżenti wara din il-laqgħa, qal li hu stenna laqgħa matura u pożittiva min-naħa ta’ Grech, iżda dan irriżulta bil-kontra.

Il-Prim Ministru stqarr, “Xtaqt illi qajjem temi pożittivi illi l-poplu tagħna qed iħares lejhom, kif se noħolqu l-ġid u nagħmlu t-tajjeb kif se nirriġeneraw l-ekonomija tagħna, ix-xhur diffiċli li għaddejna u jkolli nikkonkludi li aktar ma jinbidlu l-affarijiet fil-PN aktar kollox jibqa’ l-istess.”

Fost l-oħrajn Grech semma l-immigrazzjoni f’Malta, fejn qal li għandu jkun hawn konferenza nazzjonali fuqha, iżda għal dan il-Prim Ministru Robert Abela qal ċar u tond u għal darb’oħra sejjaħ għall-appoġġ mill-Oppożizzjoni dwar din il-kwistjoni.

Dr Abela sostna, “Il-Kap tal-PN il-ġdid qed jifhem li suġġett tant importanti u sensittiv għall-poplu Malti qabdu ta’ taħt fuq meta bagħat messaġġ li Malta mhux full up u fixkilni fil-ħidma tiegħi fil-messaġġ mal-mexxejja Ewropej illi Malta hija full-up għax jgħidu int għandek il-kap tal-Oppożizzjoni jgħidlek Malta mhux full-up kif qed tippretendi is-solidarjetà.”

Bernard Grech semma l-inkjesti Maġisterjali, korruzzjoni u l-istess kantaliena tal-preċedessuri tiegħu.

Dr Abela stqarr, “Il-proposta għal inkjesta saret minn Dr Bernard Grech ilbieraħ. Diġa’ qiegħed 24 siegħa tard milli jmur għand il-Kummissarju tal-pulizija jew għand il-Maġistrat tal-Għassa u jitlob li tinbeda inkjesta jekk hu għandu provi biex isostni dak li kiteb pubblikament ilbieraħ illi hemm korruzzjoni.”

Intant, fuq ton pożittiv il-Prim Minitru Robert Abela temm jappella lill-Kap Nazzjonalista sabiex f’mumenti bħal dawn ninsew il-politika u naħdmu flimkien sabiex Malta timxi ‘l quddiem.

Il-Prim Ministru Malti appella, “Ejja ħalli flimkien nifhmu li dan huwa mument parikolari għad-dinja kollha u huwa kruċjali li f’dan il-mument ninsew id-differenza partiġjani ta’ bejnietna u ningħaqdu u ngħidu għandna Poplu wieħed Malti u Għawdxi b’valuri sodi u naħdmu flimkien fejn naqblu u ma naqblux imma fl-aħħar mill-aħħar ngħidu għal dan il-pajjiż irridu nagħmlu l-ġid.”

B’kuntrast għall-Prim Ministru li qagħad għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kollha miġbura, Bernard Grech għamel dikjarazzjoni, wieġeb mistoqsija waħda u ħarab mill-kumplament tal-mistoqsijiet kollha.

Grech qal, “U allura dehrli li m’għandix inbaxxi rasi għal dak it-tip ta’ ċiniċiżmu u allura jien ħassejt u tlabt biex il-laqgħa ssir hawnhekk kif filfatt saret hawnhekk.”

Intant it-Tlieta filgħaxija, fil-Parlament, Bernard Grech ħa l-ġurament tal-ħatra bħala deputat Nazzjonalista u għada mistenni jieħu l-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here