Home One News Il-Prim Ministru jinawgura l-iskola l-ġdida tal-Qawra

Il-Prim Ministru jinawgura l-iskola l-ġdida tal-Qawra

24
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-iskola Primarja l-ġdida tal-Qawra. L-iskola li tagħmel parti mill-Kulleġġ Maria Regina nbniet permezz ta’ investiment ta’ €13 -il miljun mill-Gvern. Il-Prim Ministru sostna li dan huwa jum sabiħ għal din il-komunità. Huwa qal li din hija skola li verament tixraq lit-tfal u spjega li din l-iskola hija parti mil-legat ta’ dan il-Gvern. Spjega li dan l-investiment ġie inawgurat fi żmien li t-tfal ilhom aktar minn sitt xhur ‘l bogħod minn istituzzjonijiet edukattivi.

Spjega wkoll li l-edukazzjoni hija importanti għax hija parti sostanzjali mic-cavetta tal-mobbiltà soċjali u huwa importanti li jkollol ħaddiema mħarrġa għas-suq tax-xogħol. Huwa tenna wkoll li f’ dan il-baġit l-edukazzjoni se tkun qed tingħata priorità. Il-Prim Ministru Abela rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kollha li ħadmu f’dan il-proġett u għalaq id-diskors billi jtenni li huwa kburi li huwa Malti.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici spjega li bħalissa l-Gvern qed jaħdem fuq proġetti li jammontaw għal 55 miljun ewro. Kompla jispjega li din l-iskola se jkollha fiha 650 student u studenta. Skola li se tkun qed tikkumplimenta l-iskola preżenti ta’ San Pawl il-Baħar. Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada għall-ħidma kbira li qed tagħmel għall-ġid tal-istudenti kollha madwar il-gżejjer Maltin.

Din l-iskola fiha wkoll sala kif ukoll diversi faċilitajiet sportivi li jistgħu jintużaw mill-komunità tal-Qawra. Ġie spjegat ukoll li taħt din l-iskola hemm ukoll żewġ sulari ta’ parkeġġ li jakkomoda fih 400 karozza. L-ilma kollu tax-xita sr jkun qed jinġabar f’numru ta’ ġibjuni biex ikun jista’ jerġa’ jintuża. Kull klassi għandna wkoll il-faċilitajiet sanitarji tagħha kif ukoll hija mgħammra bl-arja kundizzjonata.

Is-Segretarju Permanenti Frank Fabri fakkar li din il-ġimgħa l-iskejjel se jkunu qed jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Spjega li dan huwa wieħed mill-ħafna proġetti li qed isiru fis-settur tal-edukazzjoni. Kompla jispjega li dan il-proġett huwa parti minn kullana ta’ proġetti oħra li għaddej ix-xogħol fuqhu bħalissa fosthom l-iskola sekondarja taż-Żejtun, l-iskola primarja tal-Imsida, skola fir-Rabat Għawdex, is-sala fl-iskola ta’ Santa Luċija u kif ukoll xogħol ta’ tisbiħ f’numru kbir ta’ skejjel u ċentri oħra.

Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm il-Ministri Evarist Bartolo u Michael Farrugia flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo.

Ritratti: Gareth Degiorgio

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here