Home One News “F’Settembru f’Malta ma daħalx lanqas immigrant wieħed u dawk li daħlu lbieraħ...

“F’Settembru f’Malta ma daħalx lanqas immigrant wieħed u dawk li daħlu lbieraħ se ninsistu li jmorru lura” – il-PM

18
0
SHARE
Advertisement

F’intervista fuq ONE il-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li f’Settembru ta’ din is-sena ma kienx hawn wasla waħda ta’ immigranti f’pajjiżna, u se jinsisti li t-38 li daħlu mill-Marokk ilbieraħ, imorru lura.

L-għada tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Dr Abela sejjaħ lill-Oppożizzjoni biex ikollha politika komuni dwar l-immigrazzjoni għaliex pajjiżna huwa mimli u ma jiflaħx aktar għall-pressjoni tal-immigranti. Huwa qal li hemm 27 stat membru u għalhekk għandu jkun hemm il-prinċipju ta’ solidarjetà.

Appella lil Bernard Grech, sabiex ma jfixkilx il-ħidma tal-Gvern biex dawn l-immigranti jiġu ripatrijati u anke sabiex jitwaqqfu l-wasliet. Huwa semma l-inkjesta li kienet infetħet xhur ilu. Qal li b’dan qed nipproteġu s-sigurtà tal-Poplu Malti u Għawdxi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here