Home Kullħadd “Intom xhieda li dak kollu li nagħmlu huwa mibni fuq l-imħabba” –...

“Intom xhieda li dak kollu li nagħmlu huwa mibni fuq l-imħabba” – l-Arċisqof lill-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta

30
0
SHARE
Advertisement

F’Quddiesa f’Jum il-Forzi Armati ta’ Malta fil-50 sena mit-twaqqif ta’ din il-forza dixxiplinarja f’pajjiżna, l-Arċisqof Charles J. Scicluna talab għall-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof Scicluna tkellem fuq l-imħabba. Qal li l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta huma xhieda li kollox huwa mibni u mfassal fuq l-imħabba.

Lis-suldati preżenti qalilhom li lkoll jaffaċċjaw mumenti fejn l-ubbidjenza tagħhom tfisser att ta’ mħabba lejn il-pajjiż, id-demokrazija u d-dinjità ta’ kull persuna.

Qalilhom ukoll li huwa kburi bihom li jiddedikaw u jirriskjaw ħajjithom f’missjonijiet ta’ salvataġġ għas-sigurezza tal-pajjiż.

Qalilhom li l-ħidma iebsa tagħhom biex jiggarantixxu s-sigurtà fl-ibħra territorjali tagħna u biex ikunu ta’ servizz għal min ikun maqbud bejn sema u ilma, hija apprezzata.

“Intom servizz għall-umanità u xhieda li dak kollu li nagħmlu huwa mibni fuq l-imħabba”, qal l-Arċisqof dwar il-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Innota li dawn il-membri jkunu tal-ewwel li jxammru l-kmiem biex ikunu ta’ għajnuna għal dawk li jkollhom ħajjithom f’periklu.

L-Arċisqof Scicluna temm l-omelija tiegħu billi sellem u talab għall-qraba tal-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jafu li hemm ir-riskju għax huma “l-kustodji tas-sigurezza tagħna”.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here