Home Kullħadd “Dan ix-xahar inħassu mal-ħmistax-il theżżiża” – riċerkatriċi fl-Università

“Dan ix-xahar inħassu mal-ħmistax-il theżżiża” – riċerkatriċi fl-Università

6
0
SHARE
Advertisement

Fit-tlieta tal-Erbgħa filgħodu bosta qamu maħsuda b’theżżiża li nħasset minn diversi postijiet f’Malta u Għawdex.

Hawnhekk l-appart siżmiku tal-uffiċċju siżmiku fl-Università ta’ Malta mal-ewwel indikazzjonijiet wera li dan kien terremot li kellu qawwa ta’ erba’ punt ħamsa fuq l-iskala rikter.

Iżda din ma kinitx l-unika theżżiża li seħħet f’Malta f’dawn l-aħħar sigħat u xhur hekk kif ma’ dan l-istazzjon Dr Daniela Farrugia, riċerkatriċi f’dan l-uffiċċju saħqet magħna li li b’kollox sa issa f’dan ix-xahar inħassu ħmistax-il tħeżżiża.

Dr Farrugia sostniet, “Dan il-lejl inħasset theżżiża għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu, pero ma kenitx l-unika theżżiża li nħasset u lanqas li saret. Inħasset oħra għall-ħabta tat-tmienja u għoxrin ilbieraħ u kellna rapporti ta’ tħeżżiżit oħrajn dalgħodu fil-ħamsa. Semmejt tlieta jien imma seħħew ħafna iktar tħeżżiżit, f’xahar irrekordjajna madwar ħmistax-il tħeżżiża kollha mill-istess area.”

Dr. Farrugia qaltilna li fit-tlieta ta’ filgħodu immedjatament ġew innotifikati mit-tmien sismometri li għandhom f’Wied Dalam f’Birżebbuġa, ix-Xlendi u l-Qala Għawdex, Kemmuna, Ħaġar Qim, Xrobb l-Għaġin, ħdejn it-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa u anke fl-Imsida stess.

“Għandna sistema fejn nirċivu alerts allura fit-tlieta ta’ filgħodu għalkemm jien ħassejt it-tħeżżiża xorta waħda konna nirċievu sms mis-sistema minn ammont ta’ seismometers li għandna fil-pajjiż għandna tmienja tinduna li hemm xi ħaġa li hija komuni.” Stqarret Dr Farrugia.

Din it-tħeżżiża ġabet diversi reazzjonijiet minn bosta,  hekk kif l-Uffiċjju Siżmiku sa issa, mit-tlieta ta’ filgħodu, rċieva madwar elf u mitejn rapport.

Ir-riċerkatriċi spjegat li t-terremot tat-tlieta filgħodu kien wieħed medju u li nħass daqshekk minn diversi rħula fin-Nofshinar tal-Pajjiż peress li seħħ propju għoxrin kilometru ‘l bogħod minn xtutna.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here