Home Kullħadd It-twelid ta’ binha u l-appoġġ meħtieġ għenha tirbaħ il-ġlieda kontra d-droga

It-twelid ta’ binha u l-appoġġ meħtieġ għenha tirbaħ il-ġlieda kontra d-droga

9
0
SHARE
Advertisement

Appoġġ f’waqtu jista’ jsalva tarbija u jibdel il-ħajja ta’ omm. Evidenza ta’ dan hija l-istorja ta’ din l-omm li llum toqgħod f’Dar tgħannieqa t’Omm. Din l-Omm li diġà kellha żewġt itfal u kienet tbati mill-vizzju tad-droga sabet soljev f’relazzjoni li bdiet. Madankollu, wara ftit taż-żmien ħarġet tqila.

Aħbar li mhux biss reġgħet tefgħatha tikkumbatti mal-problemi li diġà kellha iżda ħolqot toqol ġdid. Din l-omm li xtaqet tibqa’ anonima qalet ma’ ONE News kif familtha bdew jissuġerulha sabiex twettaq abort.  Xi ħaġa li hija bdiet tikkunsidra għalkemm ma xtaqitx tagħmilha.

Qaltilna kif tfittxija fuq l-internet waslitha biex iċċempel lil Fondazzjoni Life Network: “It-telefonata li għamilt kienet se tmur żewġ postijiet, jew kont se nċempel banda oħra biex nagħmel il-ħsara lili nnifsi jew kont se nċempel dan in-numru biex ikolli s-sapport u sibtu vera malajr u l-mod kif bdiet titkellem miegħi bdiet ittini ħafna sapport anke mill-minuta li kellimtha fuq it-telefon.”

Minn hemmhekk irrakkontat kif councellor bdiet ittiha l-appoġġ meħtieġ sakemm fl-aħħar l-omm qablet li jiltaqgħu u ħadet lil ommha magħha sabiex jitkellmu. Spjegat li t-tqala tagħha ma kienet faċli xejn.

Hija kompliet tgħid: “Kelli t-tifel u sfortunatament tliet xhur wara erġajt waqajt għad-droga. Ħsibt li kulħadd se jabbandunani però x’ħin tkellimt ma’ Bernice qaltli “Jien kont għadni u ser nibqa’ hawn. Qaltli aħna ser nimxu din il-mixja flimkien” u qaltli din il-kelma.  Qaltli “trid tgħaddi min-nar, trid tbati biex tasal fejn trid tasal.”

Illum kważi sena u nofs wara li welldet lil binha hija reġgħet kisbet ħajjitha lura wara iktar minn sena ħielsa mill-vizzju tad-droga.

L-Omm kompliet tgħidilna: “Kieku ma nafx jekk hawnx it-tifel, ma nafx iniex qiegħda f’xi kantuniera nuża d-droga. Però nemmen li lili għenuni nikseb is-saħħa li dak iż-żmien ma kellix.”

L-omm spjegatilna kif il-Councellor tagħha qatt ma imponiet fuqha xi deċiżjoni jew oħra iżda uriet is-sitwazzjoni minn perspettiva iżjed wiesgħa sabiex tkun tista’ tiddeċiedi hi stess jekk għandiex iżżomm it-tarbija jew le. Dwar dan tkellimna ma’ Kristy Zammit li hija uffiċjal amministrattiv tad-Dar Tgħannieqa t’Omm.

Zammit qaltilna: “Aħna meta niltaqgħu ma’ dawn l-ommijiet inħobbu nagħtu l-perspettiva ta’ żewġ sitwazzjonijiet li huma jistgħu isibu ruħhom fihom. Jekk l-omm tagħżel li tagħmel l-abort, aħna xorta wara se nkunu hemmhekk għaliha u għandna l-programm tas-‘Save One’, fejn l-omm forsi wara tħoss li għandha bżonn iktar sapport, ikun hemm dak il-programm għaliha jew inkella tkun magħna biex aħna ntuha sapport biex hi tkompli bit-tqala tagħha.”

Zammit spjegat kif filwaqt li hemm ommijiet li jingħataw saqaf fuq rashom ukoll permezz tad-dar, hemm ommijiet oħra li jingħataw spalla fi djarhom stess.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here