Home Kullħadd Delia jistaqsi lid-deputati li sfiduċjawh jekk ħadux il-messaġġ 

Delia jistaqsi lid-deputati li sfiduċjawh jekk ħadux il-messaġġ 

9
0
SHARE
Advertisement

B’reazzjoni għall-intervista li kellu Bernard Grech fuq ir-radju tal-Knisja ftit qabel, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ma ddejjaq xejn ikompli jintensifika u jispara l-botti lejn l-avversarji tiegħu.

Beda billi ħadha qatta bla ħabel kontra dawk id-deputati li sfiduċjawh hekk kif akkużahom li huma ma semgħux il-messaġġ tat-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.

Irrimarka wkoll it-telf kbir li ġarrab il-Partit Nazzjonalista taħt dawk li llum il-ġurnata sfiduċjawh.

“Il-membri parlamentari tagħna ma ħaduhx il-messaġġ li kellhom maġġoranza ta’ tesserati assoluta li qed jgħidulhom isma aħna rridu l-ġdid. Ma ħaduhx il-messaġġ is-sena li għaddiet meta qalulhom li rridu nikkonfermaw il-kap li għandna? Mela jien fi 3 snin ħa nbiddel dak li ġara f’20 sena? Mela. Taf kemm ilna nitilfu?”

Spjega li l-Partit mhuwiex tal-membri parlamentari ta’ kontrih.

“Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex tiegħi imma lanqas hu tal-Membri Parlamentari.”

Mistoqsi dwar dawk li sfiduċjawh Adrian Delia sostna li r-ribelli għandhom ħafna ċrieki.

“Inti taf li l-Grupp Parlamentari umbgħad għandu rappreżentanza fl-Eżekuttiv. Jiġifieri ‘they are the same people’ li għandhom iċ-ċrieki tagħhom. Allura le ‘I will not call it a day.’”

Dwar il-perċimes tar-ribelli, jiġifieri Jason Azzopardi, Adrian Delia, għal darb’oħra ddikjara li jekk jerġa’ jkun elett bħala Kap tal-Partit dan ma jkollux postu fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

“M’għandux postu, m’għandux postu fil-Grupp Parlamentari.”

Intant ammetta li żbalja meta għamel u-turn fuq Simon Busuttil.

“In hindsight taħseb li żbaljajt meta Simon Busuttil tajtu r-red carpet? Kont għidtha diġà fil-passat, iva.”

Kien hawnhekk li d-diskors qaleb fuq Bernard Grech u s-sitwazzjoni tat-taxxa tiegħu. Mal-ewwel Delia ħataf l-opportunità li jibda jispara lejn iż-żiemel ta’ kontrih.

Akkużah ukoll bl-establishment tal-Partit Nazzjonalista li hemm warajh u kif dawn qed jaħdmu qatigħ sabiex jerġgħu jaħtfu taħt idejhom it-tmun tal-Partit Nazzjonalista.

“Tridx ngħoddu kemm qed jagħmlu house visits? Tridx ngħoddu kemm qed imorru jaraw nies?  Tridx ngħoddu kemm qed iduru jħabbtu bibien jgħidulhom x’għandkhom bżonn, kif inthom?”

Intant meta d-diskors waqa’ fuq sondaġġ bejn it-tesserati dwar l-elezzjoni tal-Kap u li kien ppubblikat fil-midja ftit tal-jiem ilu, Delia sostna li jekk hemm min ta l-lista tat-tesserati lil xi ħadd, huwa jkun kiser il-liġi.

“Ma tajtx lista lil xi ħadd, inkun qed nikser il-liġi jekk nagħmilha. Mela jekk hemm xi ħadd li ta lista ta’ tesserati li hija protetta bil-liġi jkun kiser il-liġi.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here