Home Kullħadd Malta fost l-ewwel 50 stat li rratifikat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni ta’ Armi...

Malta fost l-ewwel 50 stat li rratifikat it-Trattat dwar il-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari

11
0
SHARE
Advertisement

B’daqqa ta’ pinna fuq l-istrument ta’ ratifika mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropew Evarist Bartolo, Malta kienet fost l-ewwel 50 stat li rratifikat t-Trattat dwar il-Projbizzjoni ta’ Armi Nukleari.

L-istrument ġie sottomess fil-21 ta’ Settembru 2020 fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York mill-Ambaxxatriċi Vanessa Frazier, Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, f’okkażjoni kommemorattiva li matulha din l-ogħla organizzazzjoni internazzjonali ċċelebrat il-75 anniversarju mit-twaqqif tagħha u l-Jum Internazzjonali tal-Paċi.

Ir-ratifika tat-trattat tiġi wkoll f’jum sinifikanti għall-poplu Malti hekk kif il-21 ta’ Settembru jimmarka Jum l-Indipendenza ta’ Malta.

It-trattat ġie ratifikat wara li ġie ffirmat fl-24 ta’ Awwissu 2020, meta Malta saret l-84 stat membru tan-Nazzjonijiet Uniti li ffirma t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari. Fost affarijiet oħra, it-trattat għandu l-għan li jikseb dinja ħielsa mill-armi nukleari li huwa wkoll prinċipju gwida tal-Politika Barranija ta’ Malta.

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej stqarr li r-ratifika ta’ dan it-trattat hija xhieda tal-impenn sod ta’ Malta favor in-non proliferazzjoni nukleari u d-diżarm globali li jibqgħu kruċjali sabiex jiġi assigurat futur aktar sigur għal kulħadd u għall-ġenerazzjonijiet futuri.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here