Home Kullħadd Delia jaħli fuq Grech u l-establishment

Delia jaħli fuq Grech u l-establishment

9
0
SHARE
Advertisement

Fl-isfond tas-saga tat-taxxa u tal-VAT li qed tiddomina fit-tellieqa għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li din m’hijiex problema tal-Partit Nazzjonalista.

Delia qal dan waqt programm fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista hekk kif f’botta ċara lejn il-kandidat tal-establishment, Bernard Grech, qal li min għandu l-problema tat-taxxa jrid jaraha hu.

“Inti għidt li l-Partit Nazzjonalista u t-taxxa mhumiex ħbieb, mhux il-Partit Nazzjonalista. Jekk xi ħadd għandu problema ta’ taxxa dik jarah hu. Dak mhux il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda problema mar-rigorożità u d-dixxpilina fiskali.” Qal Delia.

Din mhux l-ewwel darba li Delia qabad jispara l-kanuni lejn Bernard Grech hekk kif ftit tal-jiem ilu bbottja li hu ma jaħrabx mill-ġurnalisti.

Dan b’reazzjoni għal mod ta’ kif Bernard Grech fl-aħħar jiem ħarab jiġri mill-ġurnalist ta’ ONE News li staqsa mistoqsijiet diretti dwar in-nuqqasijiet finanzjarji ta’ Grech.

Tul l-intervista d-diskors baqa’ fuq l-establishment tal-Partit Nazzjonalista.

Fost oħrajn akkużahom bħala giddibin.

Delia kompla jgħid, “Il-proponenti ewlenin li kienu ffirmaw dik il-petizzjoni kienu qalu “Issa nagħmlu din il-konferma għall-Kap imma imbagħad all hands on deck għax jekk ikollna dik il-konferma rridu naħdmu kollha flimkien.” Mhux veru, gidbu, ma kienx hekk.”

Iddeskrivihom ukoll bħala nies li jew jilgħabu huma jew iħassru.

Hu qal, “Inti ma tista tgħidli “Isma jew nilgħab kif ngħid jien jew inħassar. Jew nibqa’ nikkmanda jien u nidetta jew inkella ma jkunx hemm għaqda.” Issa nistgħu nagħmlu l-aktar ħaġa sempliċi li għax min irid jwebbes rasu ngħidu “Mela issa we go with the flow.””

Delia ma naqasx ukoll milli jidħol f’battibekk dwar il-ħtif ta’ programm tar-radju tiegħu, ma’ ġurnalista tal-midja tal-Knisja.

Midja li tissimpatiżża ferm mal-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil.

Il-ġurnalista staqsiet, “Smajna għaġeb kbir għax minflok fl-11:00 inti ridtha fil-11:30 l-intervista. Fejn qiegħed il-black hole li għandu l-Partit Nazzjonalista għaliex il-ħin ma kienx dak li xtaqt inti.”

Delia qal, “Nimmaġina li għandek l-informazzjoni ħażina li ġejja minn dawk li jridu jdawwru l-verità, jispinjaw u jigdbu fuq li jien għamilt għaġeb għax minflok fil-11:30am il-programm sar fil-11am. Il-kwistjoni kienet li jien kelli l-programm mhux tal-kampanja. Kelli l-unika programm fil-ġimgħa bħala Kap tal-Oppożizzjoni.”

Dwar l-establishment Delia temm juri l-bieb ta’ barra lil dawk li minn dejjem opponew il-mod ta’ tmexxija tiegħu tal-Partit tal-Maduma.

Hu qal, “Dawk li rreżistew dan il-mod ġdid tal-politika jridu jiddeċiedu. Jew ħa jħaddnuha u jimxu flimkien għax hemm ħafna li jgħidu li jridu l-għaqda u allura dan hu l-mument tagħhom ukoll jew jekk ma jridux iħaddnu din il-politika ġdida jridu jagħtu spazzju lil dawk li verament iriduha. L-ebda Partit, l-ebda għaqda ma tista’ tkun ibbażata fuq it-tradiment u fuq in-nuqqas ta’ lealtà.”

Intant Delia ħadha qatta bla ħabel kontra l-Ministru tal-Finanzi, il-Professur Edward Scicluna.

Delia kompla jgħid, “Dak li spiċċa huwa ż-żmien li jibqa’ jkollna Ministru tal-Finanzi lill-Professur Scicluna li abbdika mir-responsabbiltajiet tiegħu. Il-Ministru Scicluna ma jistax jibqa’ Ministru tal-Finanzi tagħna.”

Dan minkejja li taħt it-tmexxija tal-Ministru Scicluna għal dawn l-aħħar seba’ snin konsekuttivi l-pensjonanti raw żieda wara oħra fil-pensjoni tagħhom.

Żieda li fl-aħħar jiem il-Ministru Scicluna kkonferma li ser terġa’ tkun hemm fil-Budget li ġej.

“Kull sena wieħed jistenna żidied.  Aħna qed nagħmlu l-istess ħaġa, nħabbruha fil-budget li ġej, però l-pensjonanti moħħhom mistrieħ li dan il-Gvern qatt ma nesiehom.” Stqarr il-Ministru Scicluna.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here