Home Kullħadd Se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Università tat-Tielet Età

Se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Università tat-Tielet Età

7
0
SHARE
Advertisement

L-Università dalwaqt se tibda tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-Università tat-Tielet Età għal dawk il-persuni li għandhom 60 sena jew aktar.

L-għan tal-Università tat-Tielet Età huwa li jippromwovi l-anzjanità attiva, uħud mill-korsijiet huma dwar, il-kultura, il-lingwi u aspetti teoloġiċi fil-Bibbja.

Il-lezzjoni ser isiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’seba’ ċentri differenti, li huma l-Istitut Kattoliku, fil-Furjana, iċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Ħ’Attard, iċ-Ċentru tal-iskola ta’ St. Patrick’s f’Tas-Sliema, fiċ-Ċentru ta’ Birżebbuġa, dak tal-Birgu, iċ-Ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa, u fil-Campus tal-Università fix-Xewkija, Għawdex.

 Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-website jew il-paġna ta’ Facebook  tal-Università. Wieħed jista’ jċempel ukoll fl-uffiċċju tal-Università tat-Tielet Età fuq dan  in-numru 23403952, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00 u 12:00 pm. Wieħed jista’ jċempel ukoll fl-uffiċċju tat-Tielet Età fil-Furjana fuq in-numru 21243202. Dan iċ-ċentru se jiftaħ nhar it-Tlieta li ġej.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here