Home Kullħadd Sajjetta tikkaġuna diversi ħsarat fil-każin tal-Għaqda Mużikali ta’ San Gejtanu

Sajjetta tikkaġuna diversi ħsarat fil-każin tal-Għaqda Mużikali ta’ San Gejtanu

33
0
SHARE
Advertisement

Il-maltempata tal-bieraħ kkawżat diversi ħsarat fil-binja tal-każin tal-Għaqda Mużikali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Minn ritratti li ttellgħu fuq il-midja soċjali jidher li sajjetta qawwija laqtet l-arblu ta’ fuq il-bejt u kkaġunat ħsarat li jidhru konsiderevoli. Ġew ikkawżati wkoll ħsarat fuq it-tromba tal-bejt.

Fortunatament ħadd ma weġġa’.

Il-President tal-Għaqda Mużikali San Gejtanu, Nigel Vella, qal li bosta persuni anke membri mis-Soċjetà Mużikali l-oħra kkuntattjawh biex joffru l-għajnuna tagħhom. Vella qal li fil-jiem li ġejjin se ssir valutazzjoni tal-ħsarat.

Il-maltempata ta’ issa ħalliet effetti mhux ħażin fuq il-każin. Sfortunatament sajjetta laqtet l-arblu tal-każin u…

Geplaatst door Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali op Woensdag 16 september 2020

Ritratti: Għaqda Mużikali San Gejtanu AD 1906/ Facebook

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here