Home One News Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ 2021-2030

Imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ 2021-2030

11
0
SHARE
Advertisement

Ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika dwar il-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ 2021-2030. Din tkompli fuq il-ħidma li saret permezz tal-istrateġija tal-preżent.

Din il-politika nazzjonali għandha l-isem ‘Towards 2030-Reaching Out to, working with and supporting young people’ se tkopri ż-żgħażagħ kollha li għandhom bejn it-13 u t-30 sena.

Dan id-Dokument ta’ Diskussjoni jara li jiżgura li dawk in-nies, gruppi u organizzazzjonijiet kollha li jaħdmu għal u maż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw b’mod attiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tiegħu.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li din il-politika tipprovdi wkoll pedamenti sodi għall-iżvilupp ta’ politika nazzjonali ġdida dwar iż-żgħażagħ. Stqarr li l-din il-konsultazzjoni pubblika ser tpoġġi liż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta’ din il-politika hekk kif iż-żgħażagħ li huma protagonisti ta’ din il-politika qed jingħataw l-ispazju sabiex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar din il-politika.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here