Home One News Il-Gvern Malti mfaħħar għal mod kif qed jindirizza l-housing f’pajjiżna

Il-Gvern Malti mfaħħar għal mod kif qed jindirizza l-housing f’pajjiżna

17
0
SHARE
Advertisement

Aktar minn 70 imsieħeb soċjali lokali u anke internazzjonli ngħaqdu fl-ewwel konferenza mtella’ mill-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali flimkien man-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-politika li qed tiġi adottata f’pajjiżna fil-qasam tal-housing.

Waqt il-konferenza bit-tema Towards Sustainable Homes and Neighbourhoods in the Mediterranean Region: Reflecting on Malta’s potential, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes spjega li bħalissa huma mument tajjeb hekk kif il-Gvern jinsab fl-istadji inizjali li jiżviluppa l-ewwel sistema nazzjonali ta’ akkomodazzjoni għal Malta. Il-Ministru Galdes tenna li din is-sistema ta’ housing għall-pajjiżna se tpoġġi fiċ-ċentru d-djar, in-nies u l-esperjenzi tagħhom.

Min-naħa tagħha s-Segretarja tal-Kumitat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti Gulnara Roll kellha kliem ta’ tifħir għall-Gvern Malti li qiegħed ifassal għall-ewwel darba Sistema Nazzjonali ta’ Housing.

Hija qalet li d-dar hija importanti għal kull wieħed u waħda minna, b’dan ħareġ iżjed biċ-ċar matul il-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, saħqet li huwa kruċjali li Malta jkollha sistema ta’ housing li tassigura l-għaqda soċjali b’mod partikolari għal gruppi vulnerabbli fis-soċjetà. Hija temmet tgħid li qed tħares ‘il quddiem għal kollaborazzjoni kontinwa mal-Gvern Malti.

Julie Lawson, l-awtriċi ewlenija tal-inizjattiva Housing 2030, waqt il-konferenza sostniet li permezz ta’ sistema nazzjonali ta’ Housing, Malta se tassigura li ċ-ċittadini jkollhom dar xierqa għalihom. B’politika ta’ housing li ttejjeb l-aċċessibbiltà għal housing affordabbli, diċenti u ta’ kwalità għal kulħadd. Mingħajr din is-sistema s-settur tal-housing f’Malta jista’ jkun diskriminatorju u wieħed li ma jweġibx għall-bżonnijiet ta’ ċerti gruppi tas-soċjetà.

Għal din il-konferenza attendew rappreżentanti mill-Università ta’ Malta, l-MGRM, l-Bank tal-Iżvilupp Malti u mill-Isptar Monte Karmeli fost oħrajn.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here