Home Kullħadd Yoshihide Suga kkonfermat il-Prim Ministru l-ġdid tal-Ġappun

Yoshihide Suga kkonfermat il-Prim Ministru l-ġdid tal-Ġappun

4
0
SHARE
Advertisement

Wara vot meħud fil-parlament Ġappuniż, Yoshihide Suga ġie elett bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż. Dan wara r-riżenja ta’ Shinzo Abe minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Iktar kmieni din il-ġimgħa Suga nħatar mexxej tal-partit li qed jiggverna bħalissa.

Suga li għandu 71 sena, serva bħala Segretarju tal-Kabinett fl-amministrazzjoni preżenti.

Huwa kkunsidrat bħala persuna qrib tal-eks Prim Ministru Shinzo Abe u mistenni jkompli fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here