Home Kullħadd Joħorġu l-linja gwida għall-istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji

Joħorġu l-linja gwida għall-istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji

5
0
SHARE
Advertisement

Ġew ippubblikati l-linji gwida għall-istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji fejn l-istudenti u l-edukaturi qed ikunu mħeġġa jżommu distanza ta’ metru u nofs bejniethom filwaqt li kemm jista’ jkun joqogħdu fi gruppi żgħar.

Hu rakkomandat li l-istudenti jilbsu l-maskri u l-visors ħin kollu b’eċċezzjoni ta’ meta wieħed ikun qed jieħu xi mediċini.

Laqgħat u konferenzi għandhom isiru b’mod virtwali filwaqt li n-numru ta’ edukaturi fl-istess post fejn joqogħdu l-ħaddiema għandu jonqos.

L-iskedar tal-lezzjonijet għandu jsir b’tali mod li jkun evitat iċ-ċaqliq mill-klassijiet u t-taħlit tal-istudenti.

Kull isitituzzjoni edukattiva għandha tagħmel ċert li studenti u ħaddiema li ma jifilħux jibqgħu d-dar.

Jekk ikun hemm każ ta’ persuna infettata bil-Covid-19, għandu jsir intraċċar tal-kuntatti ta’ din il-persuna u l-persuni li kienu f’kuntatt magħha jitpoġġew fi kwarantina. F’dan il-każ it-tagħlim jista’ jibqa’ għaddej b’mod virtwali.

Ara l-linji gwida hawn taħt:

Advice_and_Guidelines_for_Post-Secondary_Schools_Institutes_in_Malta_and_Gozo

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here