Home Kullħadd Iwieġeb ħati biex jevita ġuri fuq kumplott ta’ traffikar ta’ droga

Iwieġeb ħati biex jevita ġuri fuq kumplott ta’ traffikar ta’ droga

5
0
SHARE
Advertisement

Theophilus Nwadike li għandu disgħa u tletin sena ngħata senteza ta’ tmien snin ħabs u multa ta’ ħamsa u għoxrin elf ewro wara li wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih biex jevita ġuri.

Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti, in-Niġerjan ittella’ l-qorti mixli li għaxar snin ilu kien parti minn kumplott biex jiġu importati u traffikati aktar minn kilo droga eroina.

Fil-Qorti ħareġ li d-droga kienet se tiġi importata moħbija ġo par żarbun li kien se jintlibes minn Spanjol.

L-Ispanjol kellu jgħaddi għaż-żarbun f’Amsterdam u minn hemm qabad it-triq lejn Malta b’elf, mija u tmienja u għoxrin gramma eroina li tiswa aktar minn ħamsin elf ewro.

Nwadike flimkien ma’ persuna oħra kienu arrestati fejn Nwadike nstab li kellu fuqu elfejn ewro biex iħallas lill-Ispanjol.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here