Home Kullħadd “Il-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea” – Von der Leyen...

“Il-pajjiżi milquta mill-immigrazzjoni għandhom iserrħu fuq is-solidarjetà Ewropea” – Von der Leyen se tħabbar patt ġdid tal-immigrazzjoni

4
0
SHARE
Advertisement

Il-ġimgħa d-dieħla, il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta patt ġdid dwar l-immigrazzjoni.

Dan intqal mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von Der Leyen waqt id-diskors tal-Istat tal-Unjoni.

Von der Leyen qalet, “Dawk il-pajjiżi li jwettqu d-dmirijiet morali u legali fl-immigrazzjoni iridu jserrħu fuq is-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.”

Hija qalet kif irid ikun hemm distinzjoni ċara bejn dawk l-immigranti li jkollhom dritt għall-ażil u dawk li m’għandhomx l-ebda dritt.

F’dikjarazzjonijiet b’saħħithom, Von der Leyen qalet li trid issir azzjoni kontra t-traffikanti tal-bnedmin.

Saħqet kif is-salvataġġ fil-baħar m’għandux ikun għażla u qalet li l-patt dwar l-immigrazzjoni li se tħabbar se jħares l-aspett uman ta’ din il-kwistjoni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet din hija sfida għall-kontinent Ewropew u kull parti tal-Unjoni Ewropea trid tagħmel il-parti tagħha.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here