Home Kullħadd Il-‘Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku’ 2020 tibda nhar il-Ġimgħa

Il-‘Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku’ 2020 tibda nhar il-Ġimgħa

5
0
SHARE
Advertisement

Nhar il-Ġimgħa li ġej se jingħata bidu għall-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2020, bit-tema “Servizz Pubbliku Dejjem Miegħek”.

Din is-sena l-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku se tkun waħda b’differenza, li tirrifletti ċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż f’dan il-mument. L-attivitajiet se jibdew nhar il-Ġimgħa li ġej, sal-25 ta’ Settembru.

Matul il-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku se jkun qed jintefa dawl fuq l-isfidi tas-settur pubbliku għaż-żmien li ġej u kif minn dawn l-isfidi se jinħarġu opportunitajiet bħal bilanċi ġodda bejn il-ħajja u x-xogħol, iktar investiment fl-impjegati, iktar investiment fit-teknoloġija, u iktar innovazzjoni fil-provvista ta’ servizz lill-klijenti.

Fi stqarrija ntqal kif is-Servizz Pubbliku mhux biss jikkonsulta mal-klijenti tiegħu matul din il-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku iżda wkoll jgħarraf lill-pubbliku bil-ħidma tiegħu  tul dawn l-aħħar snin u kif din il-ħidma wasslet biex qed jingħata servizz ferm aħjar milli kien jingħata.

Il-ġimgħa għas-Servizz Pubbliku se tkun qed turi wkoll il-bażi li fuqha nbena u għadu qed jinbena s-servizz lill-klijenti u kif is-Servizz Pubbliku jagħti valur għoli lill-kontabbiltà fil-ħidma tiegħu.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here