Home Kullħadd Facilità ġdida għall-ħatt tal-ħut f’Marsaxlokk b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro

Facilità ġdida għall-ħatt tal-ħut f’Marsaxlokk b’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro

7
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro ta’ fondi Ewropej, ġiet inawgurata faċilità ġdida biswit il-moll f’Marsaxlokk għall-ħatt tal-ħut.

Faċilità li hija mgħammra b’dak kollu li l-uffiċjali fid-Dipartiment tas-Sajd ikollhom bżonn biex iwettqu d-dmirijiet ta’ infurzar tagħhom bl-aqwa mod possibbli.

Dan il-proġett mistenni jiffaċilita l-ħajja tas-sajjied, mhux biss għaliex jinsab f’post strateġiku fejn il-ħut jista’ jinħatt mill-ewwel imma wkoll għax il-faċilità tinkorpora fiha kamra fejn il-ħut jista’ jiġi ffriżat.

Dan jgħin lill-uffiċjali tas-sajd fil-ħidma tagħhom biex jinqabad il-ħut illegali u jkun aċċertat li ma jinbigħx.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan il-proġett huwa eżempju ieħor ta’ kif Fondi Ewropej tal-pakkett għas-snin 2014-2020 qed jintużaw b’risq il-qasam tas-sajd.

Żied li dan se jkun żgurat li jibqa’ jsir fis-seba’ snin li ġejjin fl-akbar pakkett ta’ fondi li kiseb pajjiżna mill-Unjoni Ewropea f’Lulju li għadda.

Il-Ministru għall-Biedja, Sajd u Agrikoltura Anton Refalo qal li dan huwa proġett importanti ħafna għaliex jagħti viżibbiltà akbar lis-settur tas-sajd.

Innota wkoll li jixpruna l-aspett tal-infurzar għaliex issa hemm struttura li tipprovdi l-għodda meħtieġa biex isir l-infurzar.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here