Home Kullħadd Standard & Poor’s tikkonferma rating ekonomiku ta’ A- bi prospetti stabbli

Standard & Poor’s tikkonferma rating ekonomiku ta’ A- bi prospetti stabbli

14
0
SHARE
Advertisement

L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard & Poor’s ikkonfermat klassifikazzjoni ekonomika ta’ A- bi prospetti stabbli għal Malta. Fl-analiżi tagħha li ħarġet illum, Standard & Poor’s tgħid li l-prospetti stabbli tal-andament ekonomiku ta’ pajjiżna jfisser li l-pandemija mhux se tfisser ħsara strutturali u sinjifikanti fuq il-kreditu metriku ta’ Malta.

Filwaqt li l-esperti ta’ Standard & Poor’s jgħidu li l-pandemija se tolqot l-ekonomija Maltija u l-finanzi pubbliċi bħal ma ġara f’kull pajjiż fid-dinja, riżultat tar-rispons tal-Gvern u l-għajnuna li Malta tirċievi mill-Unjoni Ewropea, se tiġi ppriservata l-kapaċità produttiva ta’ Malta u b’hekk ma ssirx ħsara lill-ekonomija ta’ pajjiżna. Filwaqt li r-rapport isemmi diffikultajiet ekonomiċi għal din is-sena, kawża tal-imxija, jissemmew ukoll il-pakketti t’għajnuna tal-Gvern b’sensiela ta’ miżuri li ssalvagwardjaw l-interessi tan-negozji u l-ħaddiema, ewlenin fosthom l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi, roħs fil-kontijiet tad-dawl għan-negozji u anki sussidju fil-kera ta’ postijiet tan-negozji.

Fil-fatt l-esperti barranin magħrufa li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd jinnutaw fost oħrajn il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ disa’ mitt miljun ewro li kien ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela f’Ġunju u jgħidu li mingħajr dan ir-rispons fiskali komprensiv, l-ekonomija Maltija kienet tieħu daqqa ikbar, il-qgħad kien jiżdied bil-kbir u numru ta’ negozji kienu jfallu. “Without this comprehensive fiscal response, we think the Maltese GDP would have fallen considerably lower, unemployment would have surged faster, and solvent businesses would be forced to liquidate, eroding the economy’s productive base, perhaps permanently.”

Standard & Poor’s temmen li dan ir-rispons tal-Gvern biex iwieżen lill-familji u n-negozji se jfisser ċans akbar biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem biex jirkupra mid-daqqiet ekonomiċi li ħalliet l-imxija fuq id-dinja. Ir-rapport jinnota wkoll li sa tliet snin oħra l-finanzi tal-Gvern jerġgħu jkunu bilanċjati filwaqt li sas-sena d-dieħla, id-defiċit tal-Gvern jinżel għal 4.5% tal-prodott domestiku gross. “In line with our anticipation of a rebound in the global economy next year, with a gradual lifting of social and travel restrictions, we project that the government deficit will narrow to about 4.5% of GDP in 2021, and expect a budget balance in 2023.”

Ġie nnutat ukoll li l-fatt li għas-sena l-oħra, pajjiżna niżżel id-dejn ferm aktar milli mistenni, dan se jagħti spazju fiskali fi żmien ta’ sfida kawża tal-pandemija globali. F’dan il-kuntest, Standard & Poor’s issemmi kif id-dejn niżel minn 69% tal-prodott domestiku gross fl-2011 għal 43% tal-prodott domestiku gross fl-2019. Fost impatti oħra fuq Malta kawża tal-imxija, ir-rapport jirreferi għas-settur turistiku.

Standard & Poor’s tirrikonoxxi wkoll l-investimenti li qed isiru fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA u l-FIAU biex dawn l-istituzzjonijiet ikunu mgħammra aħjar biex jiġġieldu l-kriminalità finanzjarja. L-esperti barrannin anki rrikonoxxew il-proċess ġdid u miftuħ tal-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija u li l-kandidat għall-ogħla kariga fil-Korp anki kien skrutinizzat mill-Parlament. “We understand that the Maltese authorities have committed to strengthening supervisory standards. Both the FIAU and MFSA have increased their budgets and investments in human resources and information technology solutions, and have adopted strategies to improve data gathering and risk-assessment tools. In addition, the government has transformed the way Malta’s Commissioner of Police is chosen, opening the selection process to greater scrutiny and giving Parliament the final say.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here