Home Kullħadd It-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions qed joffri jackpot garantit ta’ disa’ ċifri u int...

It-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions qed joffri jackpot garantit ta’ disa’ ċifri u int tista’ tirbħu minn Malta!

9
0
SHARE
Advertisement

It-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions huwa avveniment li jseħħ ftit drabi biss fis-sena. Il-jackpot huwa enormi iżda hemm 12-it taqsima oħra ta’ premjijiet li jistgħu jintrebħu, li jagħmlu t-tlugħ ta’ din il-lotterija wieħed mill-favoriti mal-Ewropa kollha. It-Tlugħ Speċjali li jmiss tal-EuroMillions se jsir il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2020 u l-premju tal-jackpot ġie stabbilit għal €130 miljun.

Dan il-jackpot enormi se jkun it-tieni l-akbar jackpot s’issa tal-EuroMillions fl-2020. L-aħħar Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions sar fit-3 ta’ Lulju 2020, b’jackpot garantit ta’ €130 miljun. Dak il-premju, seta’ kompla jikber sakemm laħaq il-limitu tal-lotterija ta’ €200 miljun imma kif ġara, il-premju miżjud ta’ €144 miljun intrebaħ wara biss rollover wieħed permezz ta’ biljett li nxtara minn Spanja.

Jidher li plejers Spanjoli kellhom naqra fortuna mhux ħażin fl-aħħar ftit Tlugħ Speċjali li kien hemm. Fit-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions li seħħ fis-7 ta’ Frar 2020, il-jackpot intrebaħ mal-ewwel tlugħ. Il-biljett iffortunat, kif stajt tobsor, inxtara minn Madrid, Spanja.

Il-biljetti tal-EuroMillions jistgħu jinxtraw f’disa’ pajjiżi differenti iżda r-residenti ta’ Malta m’għandhomx għalfejn iħossuhom esklużi. Inti tista’ tixtri l-biljetti tat-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions online,  minn issa, fuq theLotter.com, is-servizz ewlieni fid-dinja tal-kurrier tal-biljetti online.

Kif tilgħab il-EuroMillions?

Meta tixtri l-biljett tiegħek tal-EuroMillions, inti tintalab li tagħżel ħames numri ewlenin minn firxa ta’ 1 sa 50, kif ukoll żewġ numri addizzjonali, magħrufin bħala Lucky Stars, minn firxa ta’ 1 sa 12.

Jekk il-ħames numri ewlenin tiegħek u ż-żewġ Lucky Stars jaqblu man-numri magħżulin fit-tlugħ tal-EuroMillions, inti tirbaħ il-jackpot tal-EuroMillions! L-istess regoli japplikaw għat-Tlugħ Speċjali. L-unika differenza hi li fejn il-EuroMillions inizjalment toffri jackpot garantit ta’ €17-il miljun, it-Tlugħ Speċjali jiftaħar li jsaħħaħ il-premju inizjali għal ammont inkredibbli tal-bidu.

Meta tixtri biljetti għat-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions tal-25 ta’ Settembru 2020, inti tkun qed tilgħab biex tirbaħ premju enormi ta’ €130,000,000.

Kif tilgħab it-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions minn Malta?

Iftaħ kont fuq theLotter.com u inti tista’ tixtri l-biljetti tiegħek tal-EuroMillions online, b’mod sikur u sigur.

Kemm timla’ l-entrati tiegħek tat-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions u theLotter tixtri l-biljetti uffiċjali tal-EuroMillions f’ismek. TheLotter imbagħad tiskennja u ttella’ kopja tal-entrata tiegħek fil-kont tiegħek u żżomm il-biljett stampat f’post sikur biex int tkun tista’ tiġbru f’każ li jkun biljett rebbieħ.

Jekk tkun iffortunat/a biżżejjed biex tirbaħ, inti tiġi notifikat/a permezz ta’ SMS jew posta elettronika bl-aħbar it-tajba, grazzi għall-iċċekkjar awtomatizzat ta’ theLotter. B’mod iktar importanti, inti se tirċievi l-ammont kollu tal-premju tiegħek, bla ma tittieħed l-ebda kummissjoni!

Li tilgħab it-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions ta’ €130m huwa daqstant sempliċi fejn kull m’għandek bżonn huwa li tikklikkja. Aċċerta ruħek li ma titlifx dan l-avveniment speċjali billi tixtri l-biljetti tiegħek uffiċjali online tat-Tlugħ Speċjali tal-EuroMillions illum fuq theLotter.com u forsi ma tafx kif, tista’ tbiddel il-fortuna Spanjola billi tirbaħ il-jackpot tat-Tlugħ Speċjali mid-dar tiegħek f’Malta!

Għal iktar informazzjoni dwar kif tilgħab il-EuroMillions online, jekk jogħġbok żur theLotter.com. Ix-xorti t-tajba u ilgħab b’mod responsabbli!

 

Lotto Direct Limited qed jopera thelotter.com. Lotto Direct Limited huwa liċenzjat mill-Malta Gaming Authority; Referenza tal-liċenzja MGA/B2C/402/2017. +18 biss. Il-logħob tal-azzard jista’ jkun ta’ dannu jekk mhux ikkontrollat. Jekk jogħġbok ilgħab b’mod responsabbli. Għal aktar informazzjoni żur https://www.rgf.org.mt/

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here