Home Kullħadd B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro ġie inawgurat makkinarju sabiex jintuża waqt...

B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro ġie inawgurat makkinarju sabiex jintuża waqt il-maltempati

13
0
SHARE
Advertisement

B’investiment ta’ aktar minn miljun ewro ġie inawgurat makkinarju sabiex jintuża mill-Protezzjoni Ċivili waqt il-maltempati.

Dan il-makkinarju ġie inawgurat mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u d-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila.

Id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila qal kif dan il-makkinarju li jinkludi forklifters, generators u chainsaws heavy-duty se jkunu qed jintużaw waqt operazzjonijiet waqt maltempati, f’operazzjonijiet f’irziezet u f’żoni industrijali fost l-oħrajn. Psaila semma kif sena u nofs ilu wara maltempata li ħakmet lill-pajjiżna ġie kkummissjonat rapport fejn irriżulta li l-Protezzjoni Ċivili kellha bżonn tinvesti f’dan l-apparat. Qal kif madwar mitt ħaddiem tad-Dipartiment ingħataw it-taħriġ sabiex jagħmlu użu minn dan l-apparat.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri qal kif permezz ta’ dan l-investiment, il-Protezzjoni Ċivili qed tħejji ruħha sabiex tipprepara għall-maltempati. Qal kif it-taħriġ fir-riżors uman huwa importanti, iżda jrid ikollhom ukoll l-apparat fejn b’dan l-investiment tista tipproteġi u ssalva l-ħajjiet tan-nies.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here