Home Kullħadd Josephine Borg u Kyle Camilleri jirbħu t-Tazza tal-Fidda fit-Ten Pin Bowling

Josephine Borg u Kyle Camilleri jirbħu t-Tazza tal-Fidda fit-Ten Pin Bowling

6
0
SHARE
Advertisement

Borg u Camilleri ħarġu rebbieħa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tal-Fidda li saret fl-Eden Super Bowl, li bħas-soltu kienet ikkontestata ħafna kemm fil-kategoriji tan-nisa kif ukoll tal-irġiel. Il-membri tat-tim Bonnici Group, Kathryn Fenech u Ruslana Grima, it-tnejn ta’ 15-il sena, spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post fil-kwalifikazzjoni, biex ingħaqdu magħhom Jospehine Borg, Rachel Chircop, Jessica Farrugia u ż-żagħżugħa Mia Bugeja fir-round robin.

Sfortunatament kemm għal Fenech kif ukoll għal Grima, ir-round robin ma marritx daqshekk tajjeb, biex inqabżu minn Borg, li kellha logħba kbira ta’ 235, Chircop li rebħet 4 logħbiet, kif wkoll minn Farrugia li lagħbet b’mod konsistenti biex telgħet sat-3 post. Farrugia u Chircop, żewġ bowlers ta’ l-Ispecial Olympics, iffaċċjaw lil xulxin fis-semifinali. Farrugia ħadet l-unuri biex imbagħad iffaċċjat lil Borg, li kienet madanakollu determinat li ma tħallix din l-opportunità tiżloq minn subgħajha u għelbet lil Farrugia 181169 fil-finali.

Il-kompetizzjoni tal-irġiel kienet ikkontestata sew. L-aqwa sitta kienu Melvin Galea b’medja stupenda ta’ 193, segwit miżż – żewġ żgħażagħ, Sam Bugeja, u l-plejer ta’ taħt it-12 il-sena Nicolai Mallia. Nicholas Falzon ikkwalifika fir-4 post, quddiem Matthew Muscat, b’ Kyle Camilleri jikklassifika s-6 post grazzi għall-aħħar logħba ta’ 210, peress li spiċċa bl-istess pinfall daqs George Camilleri iżda din l-aħħar logħba kienet aħjar minn ta’ Camilleri.

Melvin Galea rnexxielu jirbaħ 3 logħbiet imma dawn kienu biss biżżejjed biex iwassluh fit-3 post, fejn kellu jiffaċċja lil Kyle Camilleri li beda l-ġurnata bi logħba brillanti ta’ 287 scratch li għenuh jitla’ sat-2 post, żewġ pins biss wara il-plejer ta’ l-Ispecial Olympics Nicholas Falzon.

Camilleri mbagħad iffaċċja lil Galea biex għelbu 217-159 u allura kellu bżonn jegħleb lill-leader Falzon darbtejn. L-ewwel logħba kienet waħda mimlija tensjoni, b’Camilleri jirbaħ 159-146, u mbagħad kompla b’logħba tajba ta’ 202 tajjeb kontra 155 ta’ Falzon biex joħroġ rebbieħ tat-tazza.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here