Home Kullħadd Jintlaħaq ftehim fuq l-armar fil-knisja tal-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq

Jintlaħaq ftehim fuq l-armar fil-knisja tal-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq

37
0
SHARE
Advertisement

Intlaħaq ftehim dwar l-armar fil-knisja tal-festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq.

Fuq il-midja soċjali tħabbar li ntlaħaq ftehim. B’hekk issa l-vara ta’ Santa Katarina se titpoġġa fuq il-bradella l-prima għall-qima tad-devoti, filwaqt li se jitniżżlu l-linef il-kbar u anke se tinxtegħel il-koppla.

Dan wara li lbieraħ dan is-sit irrapporta li kien hemm diżgwid bejn l-Arċipriet Mons. Karm Mercieca u l-għaqdiet u d-dilettanti ta’ din il-festa, tant li f’din il-kwistjoni spiċċat daħlet anke l-Kurja.

Dan il-ftehim intlaħaq wara li l-Arċipriet sejjaħ laqgħa li fiha l-għaqdiet u d-dilettanti tal-festa ġew mgħarrfa b’din id-deċiżjoni.

 

Ara wkoll:

BIL-FILMAT: Diżgwid sħiħ mal-Arċipriet fil-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Katarina

Ritratt: Lara Schembri

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here