Home Kullħadd Il-bastiment Sea Watch bi 353 immigrant abbord se jidħol fi Sqallija

Il-bastiment Sea Watch bi 353 immigrant abbord se jidħol fi Sqallija

24
0
SHARE
Advertisement

Il-bastiment Sea Watch b’353 immigrant abbord se jkun qed jidħol f’Palermu, fi Sqallija.

Ftit tal-minuti ilu, l-għaqda Sea Watch stess ikkonfermat dan.

Intqal li l-ewwel, l-immigranti se jiġu trasferiti fuq vapur ieħor biex jinżammu kwarantina, imbagħad jitniżżlu l-art, fl-Italja.

L-immigranti ilhom minn tal-inqas ħdax-il jum bejn sema’ u ilma, abbord il-bastiment Sea Watch 4.

Uħud mill-immigranti kienu ilhom iżjed fuq il-baħar wara li kienu fuq bastiment oħra.

Abbord is-Sea Watch 4 kien hemm immigranti li ttieħdu mill-vapur MV Louise Michel u oħra minn fuq il-vapur kummerċjali ieħor MV Etienne.

Il-Gvern Malti żamm sod mal-pożizzjoni tiegħu u dejjem saħaq li ma jdaħħalx immigranti li jġibu l-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi.

Malta kienet ċara mal-għaqdiet u mal-pajjiżi li tagħhom il-vapur itajru l-bandiera, li ma jistgħux iniżżlu immigranti f’pajjiżna.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here