Home Kullħadd Il-Ministeru tas-Saħħa jikkjarifika li l-bars u l-każini se jibqgħu miftuħa biex iservu...

Il-Ministeru tas-Saħħa jikkjarifika li l-bars u l-każini se jibqgħu miftuħa biex iservu ikel u xorb

5
0
SHARE
Advertisement

Fi kjarifika ma’ ONE News l-uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-bars u l-każini se jibqgħu miftuħa.

Intqal li avviż legali mill-awtoritajiet tas-saħħa jgħid ċar u tond li dawn il-bars u l-każini jistgħu joperaw jekk iservu xorb u ikel, bħal platters lin-nies bilqiegħda.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li huma biss id-diskoteki u n-nightclubs li ngħalqu.

Il-Ministeru qal li s-sett ta’ miżuri mħabbra lbieraħ huma bilanċjati u li jnaqqsu t-tixrid tal-Covid-19 filwaqt li jassiguraw li l-istabbilimenti joperaw b’mod responsabbli f’ġieh is-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi tagħhom.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here