Home Kullħadd “Serraħt moħħi li l-edukazzjoni se tibqa’ fiċ-ċentru tal-operat tal-Gvern” – Il-Professur Carmel...

“Serraħt moħħi li l-edukazzjoni se tibqa’ fiċ-ċentru tal-operat tal-Gvern” – Il-Professur Carmel Borg

8
0
SHARE
Advertisement

“Fittixt x’inhuma dawn il-pilastri. Meta rajt il-pilastru tal-edukazzjoni, serraħt moħħi li l-edukazzjoni se tkun u se tibqa’ ċ-ċentru tal-operat tal-Gvern.”

Din kienet ir-reazzjoni tal-Professur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni Carmel Borg, fil-ġimgħa li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar viżjoni ekonomika għall-futur imsejsa fuq ħames prinċipji ewlenin, fosthom l-edukazzjoni.

Il-mira tal-Gvern issa hija dik li jimodernizza l-infrastruttura edukattiva ta’ pajjiżna, b’mod partikolari ta’ kif qed jiġu preparati l-edukaturi u l-istudenti.

Il-Professur Borg fakkar li l-bniedem irid jgħix.

Biex jgħix irid jiekol, biex jiekol irid jaħdem, u biex jaħdem irid jidħol fid-dinja tax-xogħol.

Biex jidħol fid-dinja tax-xogħol, irid jieħu l-edukazzjoni, f’dinja li kulma jmur qed tinbidel.

“Xi ħaġa importanti li qal il-Prim Ministru hija li d-dinja tax-xogħol mhix statika imma hija dinja fluwida, hija dinja dinamika, hija dinja li tinbidel il-ħin kollu u semma x’inhuma dawk il-ħiliet li l-edukazzjoni trid tagħti kas biex verament inkunu qegħdin nippreparaw lit-tfal tagħna, lil uliedna, għal dinja tax-xogħol li qiegħda tinbidel b’mod dinamiku u b’mod pjuttost mgħaġġel.”

Il-Professur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni faħħar il-viżjoni tal-Prim Ministru fis-settur tal-edukazzjoni, imma qal li biex din tintlaħaq, trid tiġi indirizzata sfida ewlenija fis-settur, dik dwar il-ħiliet bażiċi.

“Irridu nfakkru lil kulħadd li l-edukazzjoni, biex tkun sħiħa, trid tkun lil hinn minn edukazzjoni għall-impjegabbiltà għaliex jekk tieqaf hemmhekk, se nieqfu nitkellmu fuq edukazzjoni u nibdew nitkellmu fuq taħriġ u allura qegħdin nitkellmu fuq ħiliet bħal ħsieb kritiku, ħsieb kreattiv, dawk il-ħiliet li jippreparawna proprju għaċ-ċittadinanza f’demokrazija b’saħħitha.”

Il-Professur Borg innota l-viżjoni tal-Prim Ministru fejn tidħol it-teknoloġija u d-dinja virtwali.

Saħaq li dan is-settur għandu potenzjal enormi, speċjalment wara dak li tgħallimna fl-aħħar xhur mill-imxija.

“Għalkemm xorta għadni nemmen fl-inkontru wiċċ imb wiċċ, rajt il-benefiċċji. Li inti tagħmel Webinar u qed isegwuk sbatax-il elf ruħ, naħseb differenti milli tagħmel lecture għal għoxrin, tletin ruħ, jiġifieri l-importanza li nħaddnu d-dinja virtwali hija xi ħaġa li mhux biss kont naf biha, imma naħseb għax għextha issa, sirt aktar aċċessibbli għaliha jiġifieri m’hemm l-ebda dubju li d-dinja virtwali – mhux waħedha – għandha potenzjal enormi.”

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here