Home Kullħadd Persuna prominenti fil-midja f’Hong Kong arrestat li kiser il-liġi kontroversjali li imponiet...

Persuna prominenti fil-midja f’Hong Kong arrestat li kiser il-liġi kontroversjali li imponiet iċ-Ċina

6
0
SHARE
Advertisement

Imprenditur kbir minn Hong Kong, Jimmy Lai, ġie arrestat filwaqt li saret spezzjoni mill-pulizija fl-uffiċċji li minnhom jopera l-gazzetta tiegħu fuq allegazzjonijiet dwar relazzjonijiet sigrieti u jew illegali ma’ forzi barranin.

Dan l-arrest huwa l-ewwel wieħed ta’ persuna bi profil għoli minn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tas-sigurtà kontroversjali imposta miċ-Ċina f’Ġunju li għadda.

L-imprenditur huwa persuna prominenti favur id-demokrazija kif ukoll ħa sehem f’diversi protesti li bdew mis-sena li għaddiet u baqgħu għaddejin sa nofs din is-sena.

Il-midja Ċiniża ddeskriviet lil Lai bħala persuna li permezz tal-midja tiegħu qed jinstiga l-mibegħda kontra ċ-Ċina u l-mexxeja ta’ Hong Kong filwaqt li qed ixerred l-għajdut.

Ma’ Lai ġew arrestati wkoll żewġt uliedu kif ukoll żewġt persuni li jokkupaw pożizzjoni eżekuttiva fil-gazzetta mmexxija mill-imprenditur.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here