Home Kullħadd Il-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fi stadju avvanzat

Il-proġetti tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fi stadju avvanzat

5
0
SHARE
Advertisement

It-tħammil u l-kostruzzjoni tal-appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali madwar pajjiżna jinsabu fi stadju avvanzat ħafna. Hekk spjega James Camenzuli, il-Kap eżekuttiv ta’ Projects Plus li qed jieħdu ħsieb l-immaniġjar ta’ dawn il-proġetti.

Minn 16-il sit ġdid ta’ akkomodazzjoni hija dik ta’ Luqa li issa tinsab fil-fażi ta’ sejħa għall-offerti biex wara wkoll jibda t-tħammil u l-kostruzzjoni tas-sit. Is-siti f’B’Kara, Ħ’Attard u t-tnejn f’Ħal Kirkop b’mod speċjali jinsabu fi stat avvanzat ħafna.

Iċ-Chairman ta’ Malita Investments, Kenneth Farrugia stqarr li l-appartamenti ser ikunu aċċessibbli minn kulħadd u ta’ qisien differenti skont il-kobor tal-familja. Spjega li bħalissa hemm madwar 3,300 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni u għalhekk dawn is-siti se joffru saqaf lil bosta familji.

Il-Ministru għall-proġetti Kapitali, Ian Borg stqarr li dan il-proġett juri kif dan il-Gvern qed jibdel il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet. Dan hekk kif qabel il-Gvern kien joħroġ il-kirja biss mal-privat iżda issa wara 25 sena dawn l-appartamenti ser jiġu parti mill-assi tal-Gvern biex bihom ikomplu jiġu megħjuna iktar nies.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here