Home Kullħadd Il-Prim Ministru żar l-iswabbing centre ta’ Ħal Luqa sabiex jirringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam...

Il-Prim Ministru żar l-iswabbing centre ta’ Ħal Luqa sabiex jirringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Robert Abela żar għall-għarrieda l-iswabbing centre ta’ Ħal Luqa sabiex jirringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u jaċċerta ruħu mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

F’din iż-żjara il-Prim Ministru kellu l-opportunità li jitkellem mal-ħaddiema ta’ dan iċ-ċentru u jirringrazzjahom tal-ħidma tagħhom lejn il-poplu Malti.

Pajjiżna għandu rata għolja ħafna ta’ testijiet – 3 darbiet aktar mill-medja Ewropea u 22 darba aktar mir-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

Bl-awtoritajiet tas-saħħa se jiftħu żewġ ċentri oħra ta’ testijiet f’Ħal Qormi u Burmarrad, apparti ċentru ta’ Pembroke.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here