Home Kullħadd Il-gvern jagħti miljun ewro lill-Hospice Malta

Il-gvern jagħti miljun ewro lill-Hospice Malta

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvern ser ikun qed jagħti kważi miljun ewro lill-Hospice Malta fuq perjodu ta’ tliet snin sabiex tkun tista’ tkompli bil-ħidma sfiqa tagħha.

Ħabbar dan il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon f’konferenza tal-aħbarijiet fid-dar ta’ Hospice Malta f’Ħal Balzan hekk kif spjega li din l-għotja turi verament ir-ruħ soċjali ta’ Gvern Laburista.

Iċ-Chairperson ta’ Hospice Malta, is-Sinjura Bernadette Bonnici Kind sostniet l-importanza tal-ftehim bejn il-Gvern u l-Hospice hekk kif ta’ kull xahar Hospice Malta tilqa’ fi ħdanha aktar minn 60 pazjent ġdid.

Hija qalet: “Naraw xi 60 pazjent ġdid kull xahar jiġifieri n-numru stess tista’ tifhem li hemm bżonn kbir nagħtu wkoll assistenza lill-familjari tal-pazjenti. Ovvjament din il-ħidma se tikber la jekk Alla jrid se mmorru fil-post il-ġdid. F’dan il-mument f’din id-dar aħna għandna bżonn miljun ewro biex imexxu l-intrapriża biex ngħidilha hekk biex nagħtu din l-assistenza u dan is-sapport.”

Hija spjegat ukoll l-effetti tal-pandemija fuq l-għaqda mhux governattiva Maltija li tieħu ħsieb u tagħti kura paljattiva lil dawk il-pazjenti milquta b’mard terminali u anki tagħti wens lil qraba tagħhom.

Qalet li minkejja li ma setgħux isiru attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi, l-għajnuna finanzjarja tista’ tingħata minn fuq l-internet.

Hija saħqet: “Il-kanċer u l-mard terminali jeżisti madwarna ma waqafx minħabba li hawn il-Covid, baqa’ hawn sfortunatament u n-nies li jintlaqtu xorta għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. Għal dik ir-raġuni. Min għandu anke €5. Kollox jgħodd u kollox jgħin.”

Intant il-Ministru Michael Falzon spjega kif din l-għotja mill-Gvern lill-Hospice tingħaqad ma’ kważi 50 ftehim ieħor li qed jagħmel il-Gvern.

Qal li dawn l-għotjiet ilaħħqu s-sbatax-il miljun ewro.

Huwa sostna: “Dan huwa parti minn impenn. L-impenn tagħna huwa ferm ikbar. Għandna kważi, issa qed nersqu lejn 50 ftehim ma’ 50 NGO b’nefqa ta’ sbatax-il miljun ewro.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here