Home Kullħadd Fil-ħin li ġej mistenni jirriżenja l-PM tal-Libanu

Fil-ħin li ġej mistenni jirriżenja l-PM tal-Libanu

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru tal-Libanu Hassan Diab mistenni jirriżenja ftit tal-ħin ieħor hekk kif il-Gvern kollu mistenni jirriżenja wara kriżi li feġġet ftit tal-jiem ilu hekk kif seħħet splużjoni kbira.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jirrappurtaw li l-Prim Ministru Lebaniż mistenni jmur għand il-President u jagħti r-riżenja kollettiva tal-Gvern Lebaniż.

Il-poplu Lebaniż jinsab irrabbjat għal Gvern tal-pajjiż u fisser kif din l-isplużjoni seħħet wara negliġenza.
Ftit inqat minn tliet elef tunnellata tan-nitrat tal-ammonju kienu maħżuna viċin il-port għal sitt snin.

Il-poplu Lebaniż qed isaqsi mistoqsijiet leġittimi għas-sigurtà ma’ din il-kimika li tintuża anki bħala fertilizzant fl-għelieqi.

Qabel dawn ir-rapporti kienu diġà rriżenjaw Ministri fil-Gvern.

In-numru ta’ peresuni mejta kawża tal-isplużjoni li saret f’Bejrut il-ġimgħa li għaddiet issa jgħodd mal-mitejn.

Dan ikkonfermah il-Gvernatur tal-kapitali Lebaniża, Marwan Abboud, fejn saħansitra qal li għexieren għadhom neqsin, u li ħafna minnhom huma ħaddiema barranin.

Matul il-jum tal-Ħadd issoktaw il-protesti tant li l-vjolenza matul il-lejl ħraxet bil-pulizija spiċċaw f’taqtiegħa kontra d-demostranti biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here