Home Kullħadd L-amministrazzjoni tal-PL f’laqgħa mal-MHRA dwar il-futur tat-turiżmu f’pajjiżna

L-amministrazzjoni tal-PL f’laqgħa mal-MHRA dwar il-futur tat-turiżmu f’pajjiżna

5
0
SHARE
Advertisement

L-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista dalgħodu ltaqgħet mal-Awtorità Maltija tal-Lukandiera u r-Ristortanti fejn matulha ġew diskussi l-progress li sar fis-settur turistiku, kif ukoll ingħata ħarsa lejn fejn għandu jmur il-prodott turistiku lokali.

Matul din il-laqgħa li qed issir bħala parti mit-tiġdid tal-Partit Laburista, id-Deptutat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef sostna li ħidmet il-Partit se tibqa’ ffokata lil hinn mill-elezzjoni imma biex jibqa’ relevanti għall-pajjiżna biex Malta tkompli tavvanza.

Intant, ic-Chairman tal-MHRA, Tony Zahra semma li issa jmiss strateġija b’saħħitha biex fis-snin li ġejjin it-turiżmu f’Malta jkompli jitjieb fosthom billi jkun hawn aktar taħriġ għall-ħaddiema Maltin li jixtiequ karriera fis-settur turistiku.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here