Home Kullħadd Servizz ta’ kura għas-saħħa mentali fil-komunità

Servizz ta’ kura għas-saħħa mentali fil-komunità

5
0
SHARE
Advertisement

F’Malta hawn ħames ċentri ta’ rijabilitazzjoni ta’ saħħa mentali li joffru servizzi ta’ occupational therapy lill-persuni li jkunu ġew riferuti għand id-Dipartiment minn professjonist privat.

ONE News żar iċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni ta’ saħħa mentali f’Ħal Qormi, fejn Cathleen Grima, li tieħu ħsieb l-operat ġenerali tas-servizzi, spjegat min jista’ jibbenefika minn dan is-servizz mingħajr ħlas.

Hija spjegat: “Bħala servizz noffru terapija professjonali li jistgħu jibbenefikaw minnha nies li għandhom problemi ta’ saħħa mentali li jixtiequ jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom jew iħossuhom inklużi fis-soċjetà.

Apparti ċ-ċentru f’Ħal Qormi, dak li jkun jista’ jieħu s-servizz ukoll minn Bormla, miż-Żejtun, minn Raħal Ġdid u mill-Furjana.

Abigail Grech miċ-Ċentru ta’ Ħal Qormi qaltilna: “Dawn jitmexxew minn Occupational Therapists u f’kull tim hemm ukoll care workers. Hemm xi timijiet li fihom trainee psychologists ukoll u apparti hekk għandna wkoll bħalissa fiżjoterpista li tmexxi programmi ta’ sitt xhur.”

Apparti t-terapija nnifisha, il-professjonisti fiċ-ċentri jagħtu gwida wkoll fuq kif il-klijent jista’ jtejjeb ħajtu wkoll fuq il-post tax-xogħol u ma’ qrabatu.

Abigail Grech, li tmexxi ċ-ċentru f’Ħal Qormi,  temmet tisħaq dwar l-aktar punt kruċjali mit-terapija kollha: li dak li jkun eventwalment ikun kapaċi jfendi għal rasu.

Grech sostniet: “Aħna mbagħad inkunu nistgħu nirreferuhom f’postijiet differenti biex kemm jista’ jkun il-persuna tutilizza s-servizzi li għandna madwar Malta li finalment jista’ jaċċessahom kulħadd.”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here