Home Kullħadd Ta’ Busuttil jgħidu lil Delia biex jieħu l-messaġġ u jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu

Ta’ Busuttil jgħidu lil Delia biex jieħu l-messaġġ u jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu

8
0
SHARE
Advertisement

Min-naħa tagħha l-fazzjoni Busuttil organizzat konferenza tal-aħbarijiet separata, għaliha f’kamra oħra.

Permezz ta’ Chris Said, Karol Aquilina u Joseph Grech, il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil iddikjarat rebħa u stqarret li b’dan ir-riżultat il-PN huwa iżjed b’saħħtu mill-bieraħ bir-riżultat li jintemm dan iż-żmien difficli.

Qalu dan iż-żmien diffiċli jispiċċa biss jekk jitlaq Adrian Delia u jkun hemm Kap ġdid.

Said saħaq li l-vot bagħat messaġġ lil Adrian Delia. Said appella biex Delia ma jinjorax dan il-vot qawwi mill-kunsilliera.

Mistoqsi dwar l-għajta ta’ Delia ‘Mod Ġdid b’nies ġodda’, Said qal li dan hu slogan diviżiv sintomatiku tal-aħħar xhur u snin taħt Delia li wasslu għal tliet voti ta’ sfiduċja u vot kontra Delia fil-kunsill ġenerali. Said żvela li nhar l-Erbgħa li għadda, Delia bagħat email lill-kunsilliera jħeġġiġom biex jivvutaw f’dak li hu sejjaħ vot ta’ fiducja.

Dan id-dettall jikkontradixxi dak li qal Adrian Delia ftit qabel meta stqarr li l-vot tal-lum ma kienx wieħed ta’ fiduċja jew sfiduċja f’xi ħadd. Mistoqsi jekk jaħdmux ma’ Delia jekk dan jirbaħ il-vot tat-tesserati, Said qal li huma jibqgħu leali lejn il-Partit iżda mkien ma semmew lil Delia.

Mistoqsi direttament minn ONE News jekk hux interessat joħroġ għal Kap bħal ma għamel tliet snin ilu, Said qal li kieku kien se joħroġ, ma kienx jindirizza l-midja.

Mistoqsi wkoll minn ONE News jekk Adrian Delia għandux joħroġ, Said qal li kieku kien fil-pożizzjoni ta’ Adrian Delia kien jieħu l-messaġġi li qed jingħaddew minn żewġ grupp parlamentari, l-eżekuttiv u issa l-Kunsill Ġenerali u jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here