Home Kullħadd Riedu jwaqqfu lil Delia milli jidħol fil-Parlament meta Debono ċedielu s-siġġu

Riedu jwaqqfu lil Delia milli jidħol fil-Parlament meta Debono ċedielu s-siġġu

6
0
SHARE
Advertisement

Meta Jean Pierre Debono kien ċeda s-siġġu parlamentari tiegħu biex il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jkun jista’ jidħol fil-Parlament, sar attentat biex Adrian Delia ma jsirx deputat parlamentari u Kap tal-Oppożizzjoni.

Żvela dan il-kunsillier Nazzjonalista u esponent ewlieni tal-fazzjoni Delia André Grech fi programm fuq ir-radju tal-Knisja. “Wara li ċedielu s-siġġu Jean Pierre Debono, membru parlamentari qam bil-wieqfa u qal ‘nixtieq vot sigriet jekk għandux jieħu s-siġġu l-kap tal-partit’. Grech qal li dan juri kif mhux minnu li l-moviment kontra l-Kap beda meta bdew ħerġin sondaġġi ħżiena għall-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia.

Grech li qed joħroġ stqarrijiet f’isem dawk imsejħa ħbieb tat-tesserati u ta’ Delia qal li dan juri kif Adrian Delia ma tħalliex jaħdem sa mil-ewwel jum tiegħu fit-tmun tal-Partit tal-maduma.

Aħna għandna kap ta’ partit li qed jiġi attakkat il-ħin kollu tenna Grech. Din għax niftakara bdiet mill-ewwel ġurnata. Kif daħal Adrian Delia qalulu int m’intiex il-Kap tiegħi. Dak li qal Grech isegwi dak li ftit tal-jiem ilu qal il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo, li żvela li fl-ewwel laqgħa tal-grupp parlamentari b’Adrian Delia Kap, kien qam Beppe Fenech Adami u lil Delia qallu li ma jirrikonoxxiehx bħala Kap. Intant Grech ta stampa tal-Partit Nazzjonalista, kif in-nies qed jimxu minn fazzjoni għall-oħra fl-istess partit.

Dwar il-kwistjoni tas-sondaġġi diżastrużi għall-Partit f’Tal-Pietà, Grech qal li dawn ma bdewx fi żmien Adrian Delia. Grech qal “Meta s-surveys fi żmien Simon Busuttil kienu juru li aħna qegħdin minn taħt, minflok konna mmorru fl-eżekuttiv u ngħidu ejja nibdlu l-kap, minflok kien ikollna d-deputati tal-partit imorru fil-gazzetti u jiktbu kontra l-Kap, konna nkunu bilqiegħda f’uffiċju u naħdmu u naħsbu u nħabbtu l-ideat kif ħa nżidu dawn in-numri. Qal li hu dejjem ħadem ma’ min kien Kap, inkluż ma’ Simon Busuttil.”

Tenna wkoll li “Kien kuntattjani Simon Busuttil u qalli x’taħseb jekk inġibu lil Salvu Mallia? X’taħseb jekk nagħmlu koalizzjoni ma’ Marlene?”

Attakka wkoll lil Jason Azzopardi, li fl-aħħar sigħat għamel allegazzjonijiet serji kontra Delia tant li t-tnejn spiċċaw ifittxu lil xulxin il-Qorti.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here