Home Kullħadd Ġuvni ta’ 22 sena jammetti li kien involut f’serqa f’Kerċem

Ġuvni ta’ 22 sena jammetti li kien involut f’serqa f’Kerċem

7
0
SHARE
Advertisement

Żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena minn Ħal Balzan ingħata l-liberta proviżorja wara li ammetta li kien involut f’serqa ta’ mutur f’Kerċem Għawdex.

Quddiem il-Qorti t’Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Bridgette Sultana l-ġuvni ta’ tnejn u għoxrin sena ġie akkużat li fl-għoxrin ta’ Ġunju li għadda seraq mutur ta’ tip Honda u oġġetti oħra fosthom ċwievet, pjanċi tar-reġistrazzjoni, karti tal-krediti tal-banek u għodda.

Huwa ġie akkużat ukoll li laqa’ għandu għandu jew xtara ħwejjeġ misruqa jew akkwistati b’reat u li ndaħal biex ibiegħhom jew imexxihom.L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex ilbieraħ arrestaw ġuvni ta’ 19-il sena b’rabta ma’ din is-serqa.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Kullħadd

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here